Riżorsi

L-Ewropa f’salib it-toroq

We are now only a few days away from the European Parliament elections. It is a key moment for Europe, one that will shape the EU for many years to come.

Many of the founding fathers of the European Union were committed Catholics who strongly believed in the dignity of every human being. While not perfect, the EU still manages today to unite countries that might otherwise see themselves as competitors, if not enemies… Kompli aqra »

Via Sagra

Bi tħejjija għall-Ġubilew tas-Sena 2025 ‘Pelleġrini ta’ Tama’, is-sena 2024 ġiet magħżula bħala s-Sena ta’ Talb mill-Papa Franġisku.

F’dan ir-Randan, ser nimxu ma’ Kristu fuq il-vjaġġ tal-passjoni tiegħu u niftakru f’ħutna madwar id-dinja kif ukoll lil dawk li għandna f’pajjiżna stess li ta’ kuljum jgħaddu minn sofferenza, faqar u inġustizzji.

Agħfas hawn (MLT) jew hawn (ENG) biex tniżżel din ir-riżorsa… Kompli aqra »

The ‘Ejja Ejja’ Culture

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tipproponi tmien rakkomandazzjonijiet lill‑awtoritajiet u l‑partijiet kollha involuti fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta sabiex dan il‑qasam ikun iktar sigur u ġust għall‑ħaddiema kollha. Il‑Kummissjoni qed tappella sabiex jittieħdu immedjatament azzjoni fuqhom għall‑ġid tal‑ħaddiem u tas‑soċjetà. Ir‑rakkomandazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka xjentifika li saret mill‑istess Kummissjoni dwar is‑saħħa u s‑sigurtà fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta.

Dan il‑proġett beda aktar minn sena ilu b’reazzjoni għaż‑żieda fl‑inċidenti serji li rriżultaw fil‑mewt ta’ 25 ħaddiem tal‑kostruzzjoni bejn l‑2019 u l‑2022… Kompli aqra »

Rapport annwali 2023

The mission of Justice and Peace is that of “keeping the eyes of the Church open, its heart sensitive and its hand prepared for the work of charity which it is called upon to realize in the world.” (Paul VI, Address to the Pontifical Commission for Justice and Peace, 1967).

The Justice and Peace Commission in Malta fulfils this Mission by promoting the integral development of the person in the light of the Gospel and in line with the Social Doctrine of the Church… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji tal-Paċi: “Intelliġenza Artifiċjali u Paċi”

Kull sena, fl-ewwel ta’ Jannar, il-Papa jgħinna niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Paċi b’messaġġ speċjali li fih jistedinna nirriflettu fuq il-missjoni importanti tagħna li nibnu l-paċi. It-tema magħżula għall-2024 hija: ‘Intelliġenza Artifiċjali u Paċi’.

F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tħeġġeġ il-Familji, Komunitajiet, Knejjes u Parroċċi kollha biex fl-ewwel ta’ Jannar jew fil-ġranet qrib ta’ din il-festa, jinġabru f’mument ta’ talb, riflessjoni jew adorazzjoni fis-skiet biex jitolbu għad-don tal-paċi, b’mod speċjali għal dawk il-persuni li l-aktar qed ibatu minħabba l-kunflitti li għaddejin bħalissa… Kompli aqra »

Miktub fid-demm

In this time of seismic change and instability, many of us are finding the scale of injustice overwhelming. It can be inspiring to look to the Christian martyrs for justice whose lives were “written in blood” – extraordinary people whose stories of truth, justice and peace, in the face of indifference and opposition, offered witness to a hope-filled future of solidarity and fraternity. But what are the causes of injustice in our time, and what does it mean to live a life written in blood today? … Kompli aqra »

Governanza tajba

Jekk “l-onestà, il-ġustizzja, is-sens tad-dmir u t-trasparenza huma pilastri essenzjali ta’ soċjetà ċivilment avvanzata” (il-Papa Franġisku f’Malta fis diskors lill-Awtoritajiet, lis-Soċjetà ċivili, u lill-Korp Diplomatiku), kif sejra Malta f’dan il-qasam? Filwaqt li kulħadd donnu jaqbel li Malta jeħtieġ li tħaddan dawn il-prinċipji ta’ governanza tajba, in-nuqqas ta’ fiduċja u ċ-ċiniżmu li n-nies juru lejn dak kollu li hu politiku qed jiżdied b’rata allarmanti.

Ma’ Dr Lawrence Gonzi, li kien prim ministru ta’ Malta, u Dr Evarist Bartolo, li kien ministru ta’ l-edukazzjoni u ta’ l-affarijiet barranin, niddiskutu r-realtà kumplessa tal-ħajja politika f’Malta… Kompli aqra »

Iċ-ċurkett, is-sandli u l-isbaħ libsa

Fil-parabbola tal-iben il-ħali (Lq 15: 11-32), meta l-iben iż-żgħir jerġa’ lura d-dar, il-Missier jagħtih rigali bħala merħba : Ċurkett, Sandli, u l-isbaħ Libsa. F’din il-gwida, it-tifsira ta’ dawn it-tliet oġġetti fil-ħajja Nisranija tagħna nistgħu nesperjenzawha permezz ta’ sensiela ta’:

  • logħob
  • riflessjonijiet Bibliċi
  • attivitajiet
  • siltiet minn films
  • mumenti ta’ talb
  • Idejat biex tittieħed azzjoni

Wara li jintebħu bir-rigali li rċevew, il-parteċipanti żgħażagħ jiġu wkoll mistiedna jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tal-oħrajn billi jikkommettu ruħhom li jgħixu t-twemmin tagħhom fis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta

Meta tkellem f’Ta Pinu, il-Papa Franġisku stedinna nerġgħu niskopru l-essenzjali tal-fidi tagħna f’proċess ta’ tiġdid tal-ħajja tal-Knisja li qatt mhija biss “storja tal-imgħoddi biex infakkruha, imma futur kbir li rridu nibnu.” Bin-numri dejjem jonqsu u d-distanza bejn il-valuri tal-Evanġelju u l-kultura dominanti dejjem tikber, kif tista’ l-Knisja lokali tkompli taqsam l-Aħbar it-Tajba ma’ kulħadd u mhux biss ma’ ċirku żgħir u ristrett? Lesti nħallu warajna ż-żoni ta’ kumdità, biex naqbdu rotot ta’ evanġelizzazzjoni ġodda u riskjuzi? … Kompli aqra »

aħseb u ara: Gwida għad-diskussjoni

Il-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħejjew riżorsa ġdida biex takkumpanja is-serje ta’ podcasts aħseb u ara.

Din ir-riżorsa toffri gwida għal diskussjoni dwar it-temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja msemmija fil-podcast.

  1. Il-Polarizzazzjoni tad-Diskors
  2. Il-Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja
  3. L-Ambjent
  4. Il-Missjoni tal-Knisja
  5. Il-Familja
  6. L-Ekonomija
  7. Ix-Xogħol
  8. Il-Paċi

Ma’ kull tema ġew abbinati tliet jew erba’ filmati qosra, fejn ma’ kull filmat għandkom issibu:
• Kwotazzjoni mit-Tagħlim tal-Knisja jew diskorsi relevanti… Kompli aqra »