In-nies għandhom id-dritt u d-dmir li jipparteċipaw fis-soċjeta’, u jfittxu flimkien il-ġid ta’ kulħadd, b’mod speċjali tal-fqar u l-vulnerabbli.
Il-ġid komuni jikkonsisti fil–ġabra ta’ dawk il-kundizzjonijiet tal-ħajja soċjali li jippermettu kemm lill-għaqdiet kemm lill-membri wieħed wieħed li jiksbu l-perfezzjoni tagħhom aktar sħiħa u aktar malajr.
L-aċċess għall-edukazzjoni, saħħa, ikel, akkomodazzjoni u impjieg huma essenzjali biex jintlaħaq il-ġid komuni.
Il-ġid komuni jixbah multiplikazzjoni: jekk wieħed min-numri – jew f’dan il-każ persuna – huwa żero, ir-riżultat jibqa’ dejjem żero. Jekk xi ħadd jibqa’ barra, il-ġid komuni ma jintlaħaqx.
Huwa permezz tal-parteċipazzjoni tagħna fis-soċjeta’ li nikkontribwixxu għall-akbar ġid soċjali.
Kulħadd, skont l-irwoli u t-talenti differernti, huwa msejjaħ li jikkontribwixxi għall-ġid komuni.
Peress li d-dritt għall-parteċipazzjoni huwa dritt fundamentali li jikkontribwixxi għall-ġid komuni, jeħtieġ li nisfidaw dawk l-atitudnijiet u strutturi li jaħdmu kontra l-parteċipazzjoni.