Il-ġuħ fid-dinja qed jiżdied; madankollu, huwa stmat li terz ta’ l-ikel kollu jintrema. Kull sena 931 miljun tunnellata ta’ skart ta’ l-ikel jiġi iġġenerat mid-djar, mill-ħwienet u mill-industrija tas-servizzi ta’ l-ikel.

Ejja nnaqqsu l-ħela tal-ikel, mhux biss minħabba r-riżorsi li jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel. Imma anke għaliex, kieku l-ħela ta’ l-ikel kien pajjiż, kien ikun it-tielet l-akbar sors ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Fil-fatt, l-ikel moħli ma jirrapreżentax biss problema soċjali u umanitarja. Jirrapreżenta ukoll problema ambjentali. Meta naħlu l-ikel, naħlu wkoll l-enerġija u l-ilma kollu li hemm bżonn biex dan l-ikel jikber, jinħasad, jiġi ittrasportat u ippakjat. U jekk l-ikel imur fil-miżbla u jiħżien, jipproduċi l-metanu—gass b’effett serra saħansitra aktar qawwi mid-dijossidu tal-karbonju.

Madwar 6%-8% tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra kkawżati mill-bniedem jistgħu jitnaqqsu jekk nieqfu naħlu l-ikel.

Aqra l-infographics t’hawn taħt għal aktar informazzjoni.

Food1

Food2