It-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, kif nafuh illum, jaf il-bidu tiegħu lill-Enċiklika Rerum Novarum li l-Papa Ljun XIII ippublika fl-1891. Dan it-Tagħlim jikkonsisti f’numru ta’ prinċipji, valuri, dokumenti u istruzzjonijiet li, mdawwlin mill-Iskrittura u msejjsa fuq l-għerf tal-mexxejja tal-Knisja u l-Poplu ta’ Alla, joffrulna kumpass morali fuq kif għandna ngħixu l-fidi tagħna fid-dinja ta’ llum.  

Il-fidi tagħna issejħilna biex inħobbu lil Alla u lil proxxmu tagħna f’kull sitwazzjoni, b’attenzjoni partikulari għal min jinsab l-iktar fil-bżonn. Aħna u nimxu fuq il-passi ta’ Kristu, infittxu li nagħmlu preżenti fid-dinja imkissra u inġusta tagħna, l-imħabba, il-ġustizzja u l-paċi ta’ Alla. Dan kollu bl-iskop li nibnu soċjeta’ ġusta msejjsa fuq prinċipji li huwa denji tal-persuna umana.

Ara l-vidjo li jispjega fil-qosor dawn il-prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja:

Principles of Catholic Social Teaching