Il-konferenza tal-COP26 tnediet min-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni li jinġabru l-mexxejja tad-dinja ġewwa Glasgow biex jiddiskutu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex tittaffa din il-problema.

Imma l-Kattoliċi għaliex għandhom jimpurtahom minn dan kollu?

Waqt laqgħa li saret fil-Vatikan fil-bidu ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku, flimkien ma ftit inqas minn 40 mexxej reliġjuż iehor, iddikjara li: “Il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni mhux se jaħfrulna jekk ma naħtfux din l-opportunita’ biex nipproteġu d-dar komuni tagħna. Writna ġnien : ma nistgħux inħallu dezert lil uliedna. Ix-xjenzjati avżawna li probabilment fadlilna biss għaxar snin biex insalvaw il-pjaneta.” (Fidi u Xjenza: lejn COP26)

Ara l-infographic t’hawn taħt għal iktar informazzjoni:

248744214_438275037643676_1076654511002721453_n