Ekonomija għall-Ġid Komuni

Rethink.mt

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Niddiskutu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Mara b’messaġġ b’saħħtu għal żmienna

Is-sibt, 24 ta’ Settembru, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi flimkien mal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent organizzaw attività biex ifakkru l-Istaġun tal-Ħolqien 2022.

Madwar sittin persuna ħadu sehem fl-attività ispirata mill-figura ta’ Santa Hildegard ta’ Bingen, mara b’messaġġ b’saħħtu għal żmienna. Il-programm kien jikkonsisti f’nofs ta’ nhar ta’ għarfien fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ din il-qaddisa li fi żmienha spikkat għall-kontribut tagħha fl-iżvilupp tal-ispiritwalità ekoloġika.

L-attività, li saret fil-Monasteru Benedittin ta’ San Pietru, l-Imdina, kienet tinkludi workshops fejn il-parteċipanti setgħu jduqu ftit mill-kontribut ta’ Hildegard fil qasam tal-kitba, il-mużika, l-arti u l-apprezzament ta’ ħxejjex mediċinali… Kompli aqra »

L-Istaġun tal-Ħolqien : “Isma’ Leħen il-Ħolqien”

“Isma’ leħen il‑ħolqien”. Din hi l‑istedina li l‑Papa Franġisku għamel fil‑messaġġ li ħareġ għall‑okkażjoni tal‑Istaġun tal‑Ħolqien ta’ din is‑sena (mill‑1 ta’ Settembru sal‑4 ta’ Ottubru 2022). Il‑Papa jħeġġiġna nisimgħu bir‑reqqa l‑vuċi tal‑ħolqien: il‑vuċi tal‑pjaneta u l‑vuċi tal‑persuni li jgħixu fiha, ilħna li ilhom żmien imsikkta u mwarrba fil‑ġenb minħabba “interessi ekonomiċi predatorji” li jissarrfu fil‑qerda tal‑ambjent u f’miżerja għal ħafna nies, speċjalment tal‑foqra li dejjem huwa dawk li l‑iktar ibatu l‑konsegwenzi tal‑qerda ambjentali… Kompli aqra »

Il-ġlieda tal-persuni li jfittxu l-ażil kontra l-faqar u l-esklużjoni

Rapport ikkonkluda li ż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, inkluż iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-kera u l-pagi baxxi huma fost il-fatturi li jżidu l-faqar fost dawk li jfittxu ażil f’Malta.

Ir-rapport bl-isem ta’ ‘In Pursuit Of Livelihood: An In-depth Investigation Of Asylum Seekers’ Battle Against Poverty And Social Exclusion In Malta,’ ġie mniedi l-Erbgħa 13 ta’ Lulju u ħadmu fuqu Julian Caruana u Alexia Rossi. Ir-rapport ġie ppubblikat mill-Jesuit Refugee Service (JRS) Malta u l-fondazzjoni aditus, bl-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund Foundation… Kompli aqra »

Ħarsien tal-Ħolqien

Jekk nersqu lejn in-natura u l-ambjent mingħajr qalb miftuħa għall-istagħġib u b’sens ta’ meravilja… l-atteġġjamenti tagħna jsiru ta’ wieħed li jrid jaħkem, tal-konsumatur jew ta’ xi ħadd li sempliċement jisfrutta r-riżorsi naturali, u mhux kapaċi jrażżan l-interessi immedjati tiegħu. Għall-kuntrarju, jekk aħna nħossuna intimament magħquda ma’ dak kollu li jeżisti, ir-rażan u l-għożża jnixxu minna b’mod spontanju. Il-faqar u l-awsterità ta’ San Franġisk ma kinux axxetiżmu minn barra biss, imma xi ħaġa iktar fil-fond: hu ma riedx jagħmel mir-realtà sempliċi oġġett ta’ użu jew ta’ ħakma… Kompli aqra »

Ħajja dinjituża permezz tax-xogħol

In recent years, Malta has been hailed as a success story when it comes to employment opportunities. And yet, work is much more than an activity which generates wealth and guarantees a source of income. It is an integral part of our wellbeing and has a decisive influence on the quality of life of individuals and families. As such, we are duty-bound to go beyond the headline numbers and analyse in more detail the following challenges which hinder workers and their families from leading a dignified life through work:

– An alarming increase in in-work poverty. The proportion of working people who earn less than 60% of the national median income has increased from 5.2% in 2012 to 7.4% in 2020… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Riżorsi Randan – ‘Yahad’

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Id-dokument ‘Yahad’ ippreżentat lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni

Waqt żjara ta’ korteżija, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, il-perit Daniel Darmanin, ippreżenta l-ktejjeb Yahad lil Kap ta’ l-Oppożiżżjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech.

Matul din il-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 16 ta’ Frar, fid-Dar Ċentrali, Pietà, is-sur Darmanin spjega li l-mixja ta’ Yahad tibda bis-smiegħ tal-vuċijiet tal-vittmi ta’ l-inġustizzja. Minn dan il-punt ta’ tluq, il-ktejjeb jiddeskrivi l-viżjoni tal-Kummissjoni għas-soċjetà, viżjoni ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni, imsejsa fuq il-valuri tal-verità, kuraġġ kreattiv, temperanza u paċenzja ħanina… Kompli aqra »