Waqt żjara ta’ korteżija, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, il-perit Daniel Darmanin, ippreżenta l-ktejjeb Yahad lil Kap ta’ l-Oppożiżżjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech.

Matul din il-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 16 ta’ Frar, fid-Dar Ċentrali, Pietà, is-sur Darmanin spjega li l-mixja ta’ Yahad tibda bis-smiegħ tal-vuċijiet tal-vittmi ta’ l-inġustizzja. Minn dan il-punt ta’ tluq, il-ktejjeb jiddeskrivi l-viżjoni tal-Kummissjoni għas-soċjetà, viżjoni ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni, imsejsa fuq il-valuri tal-verità, kuraġġ kreattiv, temperanza u paċenzja ħanina. Fl-aħħarnett, hemm stedina biex kull grupp, individwu u partit politika jagħti sehmu biex din il-viżjoni ma tibqax biss ħolma imma ssir reatà.

Aktar informazzjoni: www.yahad.mt