F’dan il-jum iddedikat għall-familja, jixraq illi niefqu u nirriflettu ftit fuq l-importanza tal-familja, u l-funzjoni tagħha fi ħdan is-soċjetà. Hu permezz tal-familja li persuna titgħallem x’inhuma r-rispett, il-ġustizzja, id-djalogu u l-imħabba u kif dawn huma neċessarji sabiex inkunu nistgħu ngħixu f’armonija lkoll flimkien. Jekk nagħrfu nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna, billi nkunu solidali “fl-affarjiet iż-żgħar”, jissaħħaħ iċ-ċans li dan jissarraf ukoll “f’affarjiet kbar”. B’hekk il-kontribuzzjoni tal-familja hi waħda ta’ bżonn essenzjali biex ikollna “soċjetà aktar umana” (C. Kissling).
Il-familja hi l-post fejn kull persuna tiskopri l-kapaċitajiet tagħha; issib is-sostenn meħtieġ biex taffaċja l-biżgħat, d-dubji u d-djufijiet; tirrikonoxxi u tapprezza l-importanza tar-responsabilità soċjali filwaqt li tagħraf il-bżonn li naċċettaw lilna nfusna kif ukoll li ningħataw għal ħaddieħor b’ġenerożità. Dawn l-elementi huma importanti, hekk kif il-kwotidjanetà’ tagħhom jgħinu biex jonġruna fil-mod kif aħna bħala adulti, u allura l-bażi tal-formazzjoni tas-soċjeta’ futura (Familiaris consortio, par… Kompli aqra »