Wasal iż-żmien li jitwaqqgħu l-akkużi
Nitolbu li l-Avukat Ġenerali, Dr Victoria Buttigieg tirtira b’mod immedjat l-akkużi inġusti li saru kontra Abdalla, Amara u Kader, magħrufa bħala l-El Hiblu 3.
Abdalla, Amara u Kader waslu Malta ’l fuq minn erba’ snin ilu. Bħala medjaturi u tradutturi fuq il-bastiment El Hiblu 1, huma ħadmu sabiex jevitaw ir-ritorn illegali ta’ ’l fuq minn 100 ruħ lejn il-Libja u biex irażżnu sitwazzjoni delikata fuq il-baħar… Kompli aqra »