Monthly Archives: February 2024

Stabilità, mhux inċertezza

Aħna, bħala migranti li ilna għal żmien twil ngħixu u naħdmu f’Malta, qed ningħaqdu flimkien biex nitolbu li f’ħajjitna jkollna sens ta’ stabilità, u mhux inċertezza. Fid-dawl ta’ avvenimenti riċenti u sfidi kontinwi li tiffaċċja l-komunità tal-migranti, qed nasserixxu d-drittijiet tagħna u qed insejħu għal azzjoni urġenti min-naħa tal-awtoritajiet. Aħna ġejna Malta snin ilu, hekk kif ħallejna warajna sitwazzjonijiet problematiċi immens fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħna… Kompli aqra »

Baħar Ċimiterju 2024

25 għaqda lokali qed jagħmlu sejħa lill-awtoritajiet Maltin biex jipprevjenu aktar ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mwiet fil-Baħar Mediterran.

Il-Baħar Mediterran jibqa’ wieħed mill-aktar spazju bejn il-fruntieri fatali fid-dinja. Għexieren ta’ eluf ta’ nies mietu jew sfaw nieqsa meta ppruvaw jaqsmu l-Mediterran. Mill-inqas 3,041(1)  persuna mietu fil-Baħar Mediterran fl-2023, li għamel din is-sena waħda mill-aktar fatali. Ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali, mit-Tuneżija u l-Libja għal Malta u l-Italja, hija partikolarment perikoluża… Kompli aqra »

Solidarjetà bla waqfien mal-poplu tal-Ukrajna

The Secretaries General of the European Justice and Peace Commissions met in Berlin between the 9th and 11th February, as an alternative to the scheduled place of Lviv, which was not considered safe enough due to the ongoing war in Ukraine. In Berlin, we listened to refugees from Ukraine and to organisations supporting them. On Saturday evening we prayed for peace in front of the Russian embassy and on Sunday, we celebrated the Holy Eucharist together with the local Ukrainian Greek-Catholic parish… Kompli aqra »