Author: Daniel Darmanin

Il-ġimgħa Laudato Si’

X’inhi il-ġimgħa Laudato si? u x’hemm speċjali dwar din il-ġimgħa?

Il-ġimgħa Laudato Si’ tiċċelebra l-ħames anniversarju tal-enċiklika tal-Papa Franġisku fuq il-ħarsien tad-dar komuni tagħna. It-tema għal din l-okkażjoni hi “kollox hu konness”, fejn bejn is-16 u l-24 ta’ Mejju 2020, numru ta’ attiviatjiet huma ppjanati mad-dinja kollha fuq stedina tal-Papa Franġisku lil-Kattoliċi sabiex jirriflettu u jieħdu azzjoni matul din il-ġimgħa speċjali.

Qed ngħixu mumenti ta’ tibdil storiku, u kullimkien in-nies qed tokrob għal-tama ġdida.  Il-fidi tagħna hija meħtieġa biex iddawwal it-triq, u Laudato Si’ tista’ sservi biex tifħilna għajnejna, u tgħallimna kif naffaċċjaw dawn iċ-ċirkostanzi biex inkunu nistgħu nibnu dinja aħjar flimkien.  Il-Papa Franġisku qed jistedinna biex maqgħudin fis-solidarjeta’, ndawwlin mit-tagħlim ċar u sabiħ ta’ din l-enċiklika nibnu futur aktar sostenibbli… Kompli aqra »

Is-Sempliċità: ċ-ċavetta sabiex il-familja tifjorixxi u s-soċjetà tissaħħaħ

F’dan il-jum iddedikat għall-familja, jixraq illi niefqu u nirriflettu ftit fuq l-importanza tal-familja, u l-funzjoni tagħha fi ħdan is-soċjetà.  Hu permezz tal-familja li persuna titgħallem x’inhuma r-rispett, il-ġustizzja, id-djalogu u l-imħabba u kif dawn huma neċessarji sabiex inkunu nistgħu ngħixu f’armonija lkoll flimkien.  Jekk nagħrfu nerfgħu r-responsabilitajiet tagħna, billi nkunu solidali “fl-affarjiet iż-żgħar”, jissaħħaħ iċ-ċans li dan jissarraf ukoll “f’affarjiet kbar”.  B’hekk il-kontribuzzjoni tal-familja hi waħda ta’ bżonn essenzjali biex ikollna “soċjetà aktar umana” (C. Kissling).

Il-familja hi l-post fejn kull persuna tiskopri l-kapaċitajiet tagħha; issib is-sostenn meħtieġ biex taffaċja l-biżgħat, d-dubji u d-djufijiet; tirrikonoxxi u tapprezza l-importanza tar-responsabilità soċjali filwaqt li tagħraf il-bżonn li naċċettaw lilna nfusna kif ukoll li ningħataw għal ħaddieħor b’ġenerożità.  Dawn l-elementi huma importanti, hekk kif il-kwotidjanetà’ tagħhom jgħinu biex jonġruna fil-mod kif aħna bħala adulti, u allura l-bażi  tal-formazzjoni tas-soċjeta’ futura (Familiaris consortio, par… Kompli aqra »

Jum il-Ħaddiem 2020

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena qed isseħħ f’kuntest uniku. Huwa kuntest fejn aktar min qatt qabel, il-kwistjoni tax-xogħol hi tassew relevanti.  F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-esperjenza tax-xogħol ta’ ħafna minna nqalbet ta’ taħt fuq. Uħud qed jaħdmu mid-dar, oħrajn ma jistgħux jagħmlu xogħolhom, filwaqt li hemm ukoll min spiċċa bla xogħol.  Imbagħad hemm dawk li s-soċjeta’ sserraħ fuq xogħolhom u li ma’ nistgħux ngħaddu mingħajr l-kontrubizzjoni tagħhom… Kompli aqra »

L-ilma u l-iżvilupp integrali tal-bniedem; l-għajta tal-fqir u tad-Dinja

“Għandi l-għatx”.  Hekk lissen Ġesu’ minn fuq is-salib. “Kull min għandu l-għatx ħa jiġi għandi u jixrob” (Jn 7:37). Dan il-kliem ta’ Ġesu’ jixhed għall-fatt li l-ilma huwa element essenzjali sabiex il-bniedem jibqa’ jgħix u b’mod san.  Id-definizzjoni tal-ħajja nnifisha tiddependi fuq l-ilma.  L-astronomi jfittxu għall-sinjali ta’ l-ilma sabiex jevalwaw il-possibilta’ tal-ħajja fuq pjaneti oħra.  Aqua fons vitae (id-dokument ippublikat riċentament mil-Vatikan) jiddefinixxi tlett dimensjonijiet relatati ma’ l-ilma u kif dan jiġi immaniġjat: l-ilma għall-użu tal-bniedem, l-ilma għall-attivitajiet tal-bniedem u l-ilma bħala spazju… Kompli aqra »

L-Ilma – Sors ta’ ħajja u element essenzjali għall-iżvilupp integrali tal-bniedem.

Meta wieħed jgħix fuq gżira f’nofs il-Mediterran, bħalna il-Maltin, il-probabilta’ hi li jispiċċa jieħu l-ilma for granted.  Ninsabu mdawrin bl-ilma minn kull direzzjoni.  Huwa ferm faċli li tiftaħ il-vit u ssib ilma tajjeb għax-xorb.  Huwa ħafna diffiċli timmaġina li madwar id-dinja  hawn madwar żewġ biljun ruħ li m’għandhomx aċċess għal ilma li hu nadif u tajjeb għax-xorb.  Minkejja li l-ilma jifforma proporzjon kbir tal-wiċċ tad-dinja fil-forma ta’ oċeani u ibħra, huwa biss madwar 1.2% ta’ dan kollu li hu aċċessibli bħala ilma ħelu min lagi, għadajjar jew xmajjar.  Madankollu, l-aċċess għal dan l-ilma mhux imqassam b’mod ekwu u ħafna mid-drabi l-ilma ma jkunx tajjeb għax-xorb minħabba tniġġis u kontaminazzjonijiet oħra.  Proċessi industrijali waslu wkoll għal żieda fid-domanda tal-ilma ħelu.  L-ilma huwa ġid komuni u dritt fundamentali tal-bniedem, però hemm diversi drabi fejn dan id-dritt ma jiġix rispettat.  Dokument maħruġ mill-Vatikan bl-isem Aqua fons vitae (L-ilma hu sors ta’ ħajja) jesplora dan l-aspett fundamentali tal-ilma għall-promozzjoni tad-dinjita’ umana u l-integrita’ tal-iżvilupp tal-bniedem.  L-immaniġjar tad-diversi sorsi tal-ilma jista’ jsib ispirazzjoni mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, speċjalmet fir-rigward ta’ temi b’relazzjoni mad-dinjita’ tal-bniedem, s-solidarjeta’, il-ġustizzja, id-destinazzjoni universali tal-ġid, is-sussidarjetà, il-ġid komuni, l-ekoloġija integrali, l-iżvilupp integrali tal-bniedem, kif ukoll l-għażla preferenzjali favur il-fqir.  L-ilma jirrapreżżenta qasam li jippermettilna nwettqu fil-prattika prinċipji evanġeliċi favur il-ġid tal-umanita’… Kompli aqra »

Hu rebaħ fuq il-mewt, Qam!

Bħala awguri tal-Għid nixtiequ niftakru fil-kliem tal-Papa Franġisku fl-eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium:

Il-qawmien ta’ Kristu mhux ħaġa tal-imgħoddi; fih hemm qawwa ta’ ħajja li daħlet u xterdet mad-dinja.  Fejn donnu kollox mejjet, jerġgħu jispuntaw minn kullimkien ir-rimjiet tal-qawmien.  Hi qawwa li m’hemmx bħalha.  Hu minnu li spiss jidher qisu Alla ma jeżistix: naraw madwarna inġustizzji, ħażen, indifferenzi u kefrija li ma jonqsux.  Imma dasqhekk ieħor hu ċert li qalb din id-dalma dejjem tibda tixtered xi ħaġa ġdida, li llum jew għada se tagħmel il-frott.  F’għalqa kollha xewk terġa’ titfaċċa l-ħajja, stinata u qatt mirbuħa.  Sa jkun hemm bosta ħwejjeġ koroh, imma t-tajjeb dejjem jerġa’ lura biex iwarrad u jixtered.  Kuljum fid-dinja tagħna qed jinbet mill-ġdid il-ġmiel, li jixref mill-ġdid minn qalb it-taqlib tal-istorja.  Il-valuri dejjem jidhru mill-ġdid f’għamliet ġodda, u fil-fatt il-bniedem bosta drabi jitwieled mill-ġdid minn qagħdiet li jidhru li ma jistgħux jitreġġgħu lura.  Din hi l-qawwa tal-qawmien u kull evanġelizzatur hu għodda ta’ din il-qawwa… Kompli aqra »

“Il-foqra ssibuhom dejjem magħkom”

Illum Papa Franġisku wasslilna omelija qawwija dwar ir-responisabbiltajiet tagħna lejn il-persuni foqra u vulnerabbli. Jitkellem dwar realtà li tinsab kullimkien fid-dinja, u l-punti li jisħaq fuqhom huma tassew materjal ta’ min jixtarru.

Imma llum nixtieq nieqaf fuq kelma ta’ Ġesù.  Sitt ijiem qabel l-Għid – ninsabu propju fuq l-għatba tal-Passjoni –  Marija tagħmel dan il-ġest ta’ kontemplazzjoni: Marta kienet qed isservi – bħalma naraw fil-pass l-ieħor – u Marija tiftaħ il-bieb tal-kontemplazzjoni.  … Kompli aqra »

IL PANDEMIJA TAL CORONAVIRUS: SEJĦA GĦAL SOLIDARJETÀ MA’ DAWK LI HUMA L AKTAR VULNERABBLI

STQARRIJA MINN BOSTA ENTITAJIET TAL‑KNISJA

F’dan iż‑żmien ta’ kriżi, imqabbel minn ħafna ma’ żmien ta’ gwerra, żmien fejn il‑pajjiż qed iwaqqaf kull tip ta’ operat sabiex jipprepara għall‑ġranet li ġejjijn, insejħu lill‑awtoritajiet sabiex jieħdu aktar miżuri konkreti ħalli jassiguraw li dawk in‑nies li qed jgħixu fil‑faqar ma jispiċċawx mingħajr il‑ħtiġijiet bażiċi għal ħajja dinjituża. 

Ninsabu ferm imħassba dwar l‑impatt li l‑imxija tal‑coronavirus ser tħalli fuq dawk li huma l‑aktar vulnerabbli fis‑soċjetà tagħna.  Minkejja li l‑mard ma jiddiskriminax bejn in‑nies fuq bażi finanzjarja, soċjali, ta’ saħħa jew status ta’ immigrazzjoni, m’hemm l‑ebda dubju li l‑effetti ekonomiċi ta’ din l‑epidemija ser jagħmlu dan, u l‑iktar affettwati ser ikunu l‑foqra u dawk l‑aktar emarġinati… Kompli aqra »

Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali.

Għajnejn żoroq, kannella, ħodor jew suwed.  Xagħar bjond, kannella jew iswed. Ġilda ċara jew skura. Jista jkun iktar ikkulurit min hekk? Aħna ngħixu f’dinja miżgħuda b’ilwien differenti, fejn tiżboq bi sbuħija ta’ meta dawn il-kuluri jitħalltu u jingħaqdu, fejn joħolqu leħħiet t’ilwien uniċi.  Ma jeżistix roża mingħajr aħmar u abjad, bħal ma’ jistax ikun hemm aħdar mingħir isfar u blu.  B’hekk naraw kif il-kuluri jiddependu wieħed fuq l-ieħor, filwaqt li kull kulur għandu l-importanza tiegħu.  L-istess japplika għalina l-bnedmin, fejn qatt ma tista’ tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni abbażi ta’ razza… Kompli aqra »

“Kollox hu Relatat, Kollox hu Konness”

Joseph Hili hu qassis Għawdxi li bħalissa qed jistudja x-xjenzi Politiċi u Soċjali ġewwa l-Universita Cattolica del Sacro Cuore ġewwa Milan.  Hekk kif qed jgħix fiċ-ċentru tal-epidemija tal-corona virus, qed jaqsam magħna dawn il-hsibijiet, bħala riflessjoni tal-ġrajjiet kurrenti li qed taffaċċja d-dinja. 

Fl-artiklu tieghu hemm referenza għal dak li l-Papa Franġisku jsosstni fl-enċiklika Laudato Si, li “Kollox hu relatat, kollox hu konness”.  Rajna kif id-dinja kollha hi konnessa, hekk kif problema li oriġinat ġewwa villaġġ żgħir fiċ-Ċina, ġiet trasmessa b’mod allarmanti madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »