Author: Daniel Darmanin

“Kollox hu Relatat, Kollox hu Konness”

Joseph Hili hu qassis Għawdxi li bħalissa qed jistudja x-xjenzi Politiċi u Soċjali ġewwa l-Universita Cattolica del Sacro Cuore ġewwa Milan.  Hekk kif qed jgħix fiċ-ċentru tal-epidemija tal-corona virus, qed jaqsam magħna dawn il-hsibijiet, bħala riflessjoni tal-ġrajjiet kurrenti li qed taffaċċja d-dinja. 

Fl-artiklu tieghu hemm referenza għal dak li l-Papa Franġisku jsosstni fl-enċiklika Laudato Si, li “Kollox hu relatat, kollox hu konness”.  Rajna kif id-dinja kollha hi konnessa, hekk kif problema li oriġinat ġewwa villaġġ żgħir fiċ-Ċina, ġiet trasmessa b’mod allarmanti madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

Ieqaf, Ammira & Isma’

[1]Stop, look and listen.

See how wonderful it is.

But don’t think just yet.

For thoughts can be beautiful pathways,

But they can also make you forget.

Be still, look, and listen.

Even a mind must rest to create its best.

So, do not worry, dear heart, head, and hands,

You will have your season to work and to play… Kompli aqra »

Laqgħa ta’ Justice and Peace Europe għas-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjonijiet Nazzjonali ġewwa Nikosija 21-23 ta’ Frar 2020

Daniel Darmanin ipparteċipa għal din il-laqgħa ġenerali ta’ Justice and Peace Europe ġewwa Nikosija, bejn l-21 u t-23 ta Frar.  Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll żewġ delegati tas-Santa Sede, kif ukoll il-membri l-ġodda tal-Kummissjoni Ċiprijotta.

Id-delegati kienu milqugħin mill-Arċisqof Maronita Ċiprijott, Joseph Antoine Soueif, fejn f‘isem il-konferenza episkopali ta’ Ċipru, hu responsabli mill-Ġustizzja u Paċi.  L-Arċisqof ilu għal dawn l-aħħar sentejn għaddej b’ħidma sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni, u proprju din il-lagħqa serviet sabiex din titniedha.  Dawk preżenti għal din il-konferenza kellhom l-opportunita’ sabiex jifmhu aħjar l-istorja ta’ din il-gżira, id-diffikultajiet li esperjenzaw mal-medda tas-snin u l-qasma li seħħet fl-1974, fejn il-parti ta’ fuq ta’ din il-gżira għadha tinsab sal-lum il-ġurnata taħt ħakma Torka, bil-lingwa uffiċċjali tkun dik Torka u predominazzjoni tar-reliġjon Islamika.  B’hekk, f’din il-parti tal-gżira naraw kif Kattoliċi-Griegi,Ortodossi u anke il-Maroniti, jew dawk il-Lebaniżi ta’ nisel Arbi Kattoliku, sfaw mifruda mil-familji tagħhom, filwaqt li ġew miċħuda milli jipprattikaw il-fidi reliġjuża li huma jħaddnu.  Ftit mil-villaġġi fil-fruntiera ġew kkonvertiti f’kampijiet Militari Torok, fejn dawk in-nies li kienu jgħixu hemm, tilfu d-djar tagħhom ukoll.  Wara snin ta’ djalogu, is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ partijietqed tittejjeb xi ftit, pero hemm bżonn ta’ iktar ħidma sabiex id-diversi etniċitajiet ikunu jistgħu jgħixu flimkien fil-paċi.  Dan huwa possibli, kif fil-fatt intwera waqt serata ta’ kant imtellgħa minnkor u orkestra lokalimagħmul minn etniċitajiet diversi… Kompli aqra »

Riflessjoni tar-Randan 2020

Ir-randan jitqies bħala perjodu ta’ penitenza u tiġdid, fejn nagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar okkażjonijiet varji fejn stajna dnibna, filwaqt li nikkommettu ruħna biex nimxu wara’ Ġesu.  B’referenza għal dan, l-enċiklika “Laudato Si”, tagħti importanza li aħna nwettqu konverżjoni interjuri, billi nkunu konxji tal-iżbalji, tad-dnubiet, tal-ħtijjiet u tan-nuqqasijiet tagħna. (217 – 218)

Il-Moviment Kattoliku dwar il-bidla fil-Klima Dinjija (GCCM), jipproponi sabiex nagħmlu analiżi personali tas-seba’ dnubiet kardinali (kburija, regħba, żina, rabja, għira, għażż u sokor).  B’hekk nirifflettu u neżaminaw dawn id-dnubiet minn lenti tad-dnub ekoloġiku, fejn nirriflettu fuq dawk il-mumenti li ġagħluna nitbiegħdu mill-Ħallieq, minn sħabna u saħansitra minna nfusna stess.  Bħala Kattoliċi li naħdmu favur il-ġustizzja, hemm tendenza li nikkonċentraw iżżejjed fuq soluzjonijiet sofistikati relatati ma’ regolamenti tal-Gvern, tratatti internazzjonali jew programmi edukattivi.  Għalkemm dawn huma neċessarji u importanti, ma’ nistawx ninsew l-att spiritwali relatat ma’ dawn il-problemi… Kompli aqra »

Jum Internazzjonali għat-Talb Kontra t-Traffikar tal-Bniedem

Fil-Jum Internazzjonali Kontra t-Traffikar tal-Bniedem hu opportun niftakru fil-vittmi li qed ibatu minħabba dan l-att. Matul is-snin it-traffikar tal-bniedem ħa diversi forom u ġie esperjenzat f’sitwazzjonijit varji. Madanakollu, l-effett tiegħu minn dejjem kienu devastanti u ta’ qerda. Xempju ħaj ta’ dan hi Santa Josephine Bakhita, il-patruna tas-superstiti tat-traffikar tal-bniedem. 

Santa Josephine Bakhita, magħrufa wkoll bħala “L-Omm is-Sewda”, kienet inħatfet fl-età ta’ disa’ snin u mibjugħa bħala lsira.  … Kompli aqra »

Il-Ħtieġa ta’ Qalb Sensittiva.

Matul din il-ġimgħa, l-Insara kollha huma mħeġġa sabiex jingħaqdu flimkien u jitobu għall-għaqda fost l-Insara.  Hekk tiġi mwettqa x-xewqa ta’ Kristu fejn dawk kollha li jemmnu fil-kelma tiegħU jkunu ħaġa waħda (Gwanni 17, 20-21).  Dan qed iseħħ fi żmien fejn l-għaqda ta’ bejnietna, kif ukoll dik fil-Knisja Kattolika, qed taffaċċja numru ta’ sfidi.

Fit-tfittxija tal-għaqda u r-rikonċiljazjoni fostna l-Insara, ħafna drabi jqumu dubji dwar kif inħarsu lejn tradizjonijiet u kulturi differenti.  Dan l-eżerċizju jirrikjedi l-ħtieġa ta’ “Qalb Sensittiva”.  Il-ħniena, il-mogħhdrija u kif ukoll l-impenn soċjali lejn l-ambjent, il-fqir u l-emarġinat huma appuntu t-twemmin li jaqqgħad nazzjonijiet, kulturi u anki reliġjonijiet diversi.  Iktar milli niffukaw fuq dak li jagħmilna differenti, jaqbel aktar nħarsu lejn dak li huwa komuni, b’hekk jiġu eliminati preġudizji qarrieqa u nkunu nistgħu nħaddnu l-għaqda… Kompli aqra »

Tiġdid tal-Websajt tal-Kummissjoni

Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Paċi (1 ta’ Jannar 2020), il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Arċidjoċesi Maltija varat it-tiġdid tal-websajt u l-mezzi socjali tagħha.

Matul is-sena li għaddiet, il-kummissjoni kompliet tippromwovi l-messaġġ tagħha għal-qadi tal-iżvillup integru tas-soċjeta’ tagħna. Minbarra dan il-kummissjoni ħadmet ukoll fuq tisħiħ u tiġdid tagħha innifisha bil-għan li tkun tista’ twassal b’mod aħjar il-messaġġ tagħha ta’ ġustizzja u paċi fiż-żmien diġitali.

Il-Kummissjoni tawgura li matul is-sena 2020 l-poplu Malti jissaħħaħ fit-tama, u li din tibqa’ tkun “il-virtù li tispirana, biex nibqgħu navvanzaw, saħansitra meta l-ostakli jidhru kbar wisq biex jiġu megħluba.”1

1… Kompli aqra »

Il-popli indiġeni huma appell ħaj għat-tama

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem (10 ta’ Diċembru 2019), il-kumitat eżekkutiv ta’ Justice & Peace Europe ħareġ stqarrija bit-tema: “Il-popliindiġeni huma appell ħaj għat-tama”, b’emfasi fuq id-drittijiet tal-popli indiġeni u min jiddefendihom. Din l-għażla kienet ispirata mis-Sinodu tal-Amazon li għadu kif intemm f’Ruma.

Filwaqt li l-kwistjonijiet li jaffaċjaw dawn il-popli jistgħu jidhru ‘l bogħod mill-ħajja tagħna, tajjeb nagħrfu illi ħafna drabi l-għażliet tagħna jkollhom impatt dirett fuq dawn in-nies li qed ibatu minħabba l-inġustizzji fid-dinja, u li hemm modi differenti kif nistgħu ngħinuhom… Kompli aqra »

L-Ekonomija ta’ Franġisku: Iż-żgħażagħ, patt għall-futur

Fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi globali tal-lum, kemm l-ambjent kif ukoll id-dinjità tal-bniedem jinsabu f’riskju, bi tħassib għat-tisħiħ tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri. Il-mudelli attwali ta’ tkabbir mhumiex kapaċi jiggarantixxu r-rispett għall-ambjent, il-ftuħ għall-ħajja, it-tħassib tal-familji, l-ugwaljanza soċjali u d-dinjità tal-ħaddiema. Dan huwa rifless fit-tagħlim tal-Papa Franġisku, li kkritika bil-qawwa l-istat patoloġiku tal-ekonomija globali billi rrefera għalih bħala “ekonomija li toqtol”.

Fid-dawl ta’ dan, il-laqgħa internazzjonali ‘L-Ekonomija ta’ Franġisku’, se tlaqqa’ liż-żgħażagħ biex jiġu mħeġġa jkunu l-protagonisti għall-bidla tal-mudelli ekonomiċi attwali… Kompli aqra »

Ir-riforma dwar it-traffikar uman u l-prostituzzjoni

The Archdiocese of Malta, through the Justice & Peace Commission of and Caritas Malta, have participated in the presentation of a joint submission to the Maltese Government, on the proposed reform for the legalisation of prostitution and human trafficking.

The joint submission, endorsed by several organisations, speaks of three main goals that are complementary and cannot be enacted separately, essential for the human dignity of the victims to be safeguarded. 

  • To decriminalise those who are prostituted ‑ Conscious of the fact that most sex workers are caught up in prostitution against their will and are the main victims of a broken system which enslaves them.  They should not be criminalised or victimised further for the abuse they endure…
  • Kompli aqra »