Author: Mark Cachia

Nesploraw l-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’

L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment tal-Ġiżwiti, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Ser nidħlu fil-fond ta’ din l-Enċiklika fi tmien laqgħat fejn kull laqgħa tinkludi preżentazzjoni tat-tema, riflessjoni u diskussjoni fi gruppi, talb u l-esplorazzjoni ta’ kif dawn it-temi jistgħu jissarrfu f’azzjoni… Kompli aqra »

Imwiet fil-ħabs

Ftit ġimgħat ilu, il-pajjiż kollu kien maħsud bl-aħbar ta’ mewta oħra fil-ħabs. Din kienet l-erbatax-il mewta fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-bidu tas-sena 2018. Inħatret inkjesta biex jiġu stabbiliti l-fatti u r-raġunijiet kollha li b’xi mod jistgħu jispjegaw din l-istatistika inkwetanti u allarmanti.

Madankollu, il-ħabsin, il-familji tagħhom u ċ-ċittadini kollha, ma jifilħux jibqgħu jistennew aktar. Iridu lil kull min hu involut jibda jiġbed ħabel wieħed biex jiżgura li l-ħabs ikun mhux biss post sigur, iżda istituzzjoni li tqiegħed r-riforma u r-riabilitazzjoni fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha, u taċċerta li d-dinjità ta’ kulħadd tkun rispettata… Kompli aqra »

Id-dinjita’

Maħluqin fix-xbieha ta’ Alla, aħna LKOLL ulied Alla.

Nemmnu li kull persuna hija prezzjuża u unika.

Nemmnu li n-nies huma iktar importanti mill-affarijiet.

Għalhekk imsejjħin nirrispettaw u inħobbu lil kull persuna.

Ara l-vidjo li jispjega fil-qosor id-Dinjita’, l-ewwel prinċipju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja: Kompli aqra »

Il-Papa iħeġġeġ lill-Kummissjonijiet Ġustizzja u Paċi jaħdmu b’kuraġġ, determinazzjoni u kreattivita’

Daniel Darmanin and Mark Cachia from Justice and Peace (Malta) joined other participants from Europe, Africa, Oceania and Asia in an online conference for Justice and Peace Commissions which was hosted on Wednesday 17th November by the Vatican Dicastery for Promoting Integral Human Development.

Following the establishment of the Dicastery for the Service of Integral Human Development in 2016, the need emerged for a dialogue with Church bodies working for justice and peace, especially in the context of the Covid-19 pandemic and in the light of the Encyclicals Laudato Si’ and Fratelli tutti… Kompli aqra »

22 entità b’position paper lill-membri parlamentari dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis

Tnejn u għoxrin entità ppreżentaw lill‑membri parlamentari position paper dwar l‑abbozz ta’ liġi dwar l‑użu rikreattiv tal‑kannabis. L‑entitajiet, li qed jesprimu l‑oppożizzjoni tagħhom għal din il‑liġi, huma mħassba serjament dwar l‑effetti li ser ikollha fuq is‑soċjetà u qed jappellaw għal dibattitu serju, matur u riċerkat dwar is‑suġġett. Il‑liġi proposta se tkun ppreżentata llum fil‑Parlament għad‑dibattitu.

L‑entitajiet kollha, li ħafna minnhom jaħdmu ma’ tfal u żgħażagħ, jemmnu bis‑sħiħ li kif inhu ppreżentat bħalissa, l‑abbozz se jkollu effett negattiv li jinnormalizza l‑użu tad‑droga filwaqt li jonqos milli jipproteġi kemm lis‑soċjetà kif ukoll lil min juża d‑droga… Kompli aqra »

L-għażla preferenzjali tal-fqar: Għażla li mhux fakultattiva

Waħda mit-temi ewlenin fit-tagħlim soċjali Kattoliku fl-aħħar snin kienet l-għażla preferenzjali għall-foqra. Il-frażi ntużat għall-ewwel darba fl-aħħar tas-snin sittin mis-superjur ġenerali tal-Ġiżwiti ta’ dak iż-żmien, Patri Pedro Arrupe, f’ittra lill-ordni tiegħu. Il-frażi intużat ftit wara  mill-Isqfijiet Kattoliċi tal-Amerika Latina, li enfasizzaw fuq l-użu tal-kelma “għażla” bħala kelma ta’ azzjoni u mhux sempliċiment bħala nom. Illum il-ġurnata, din il-frażi titqies bħala waħda mill-prinċipji ewlenin li jiggwidaw r-riflessjoni u l-azzjoni tal-Insara fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

Għaliex il-COP26 hija importanti għall-Kattoliċi?

Il-konferenza tal-COP26 tnediet min-Nazzjonijiet Uniti bl-intenzjoni li jinġabru l-mexxejja tad-dinja ġewwa Glasgow biex jiddiskutu l-impatt tat-tibdil fil-klima u jieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex tittaffa din il-problema.

Imma l-Kattoliċi għaliex għandhom jimpurtahom minn dan kollu?

Waqt laqgħa li saret fil-Vatikan fil-bidu ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku, flimkien ma ftit inqas minn 40 mexxej reliġjuż iehor, iddikjara li: “Il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni mhux se jaħfrulna jekk ma naħtfux din l-opportunita’ biex nipproteġu d-dar komuni tagħna… Kompli aqra »

Prinċipji tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

It-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, kif nafuh illum, jaf il-bidu tiegħu lill-Enċiklika Rerum Novarum li l-Papa Ljun XIII ippublika fl-1891. Dan it-Tagħlim jikkonsisti f’numru ta’ prinċipji, valuri, dokumenti u istruzzjonijiet li, mdawwlin mill-Iskrittura u msejjsa fuq l-għerf tal-mexxejja tal-Knisja u l-Poplu ta’ Alla, joffrulna kumpass morali fuq kif għandna ngħixu l-fidi tagħna fid-dinja ta’ llum.  

Il-fidi tagħna issejħilna biex inħobbu lil Alla u lil proxxmu tagħna f’kull sitwazzjoni, b’attenzjoni partikulari għal min jinsab l-iktar fil-bżonn… Kompli aqra »

Il-ħela ta’ ikel. Dnub soċjali u ambjentali.

Il-ġuħ fid-dinja qed jiżdied; madankollu, huwa stmat li terz ta’ l-ikel kollu jintrema. Kull sena 931 miljun tunnellata ta’ skart ta’ l-ikel jiġi iġġenerat mid-djar, mill-ħwienet u mill-industrija tas-servizzi ta’ l-ikel.

Ejja nnaqqsu l-ħela tal-ikel, mhux biss minħabba r-riżorsi li jintużaw fil-produzzjoni ta’ l-ikel. Imma anke għaliex, kieku l-ħela ta’ l-ikel kien pajjiż, kien ikun it-tielet l-akbar sors ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Fil-fatt, l-ikel moħli ma jirrapreżentax biss problema soċjali u umanitarja… Kompli aqra »