Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. ‘Called to care: Why politics is not just someone else’s problem‘ hija l-ewwel waħda minn dawn ir-riżorsi u tikkonsisti f’tliet workshops qosra ta’ 20 minuta kull waħda. L-iskop prinċipali ta’ dawn il-workshops hu li l-parteċipanti jagħrfu l-importanza kbira tal-parteċipazzjoni politika fis-soċjetà tagħna. B’modi differenti u skont is-sitwazzjoni partikulari, kulħadd huwa msejjaħ li jagħti daqqa t’id biex id-dinjita’ u d-drittijiet ta’ kulħadd, b’mod speċjali ta’ l-iktar vulnerabbli, jkunu dejjem iżjed imħarsa u rispettati.

Bħala Kummissjoni, fix-xhur li ġejjin, dawn il-workshops ħa jkunu qed jiġu proposti primarjament lill-għalliema u l-edukaturi fl-iskejjel tal-Knisja, pero jistgħhu jintużaw u jiġu adattati għal kull tip ta’ grupp – inkluż ma’ gruppi ta’ żgħażagħ u studenti tas-sekondarja u post-sekondarja.

Għal aktar informazzjoni ibgħat imejl fuq: gustizzjaupaci@maltadiocese.org