Sejjaħli b’Ismi
Wara xhur ta’ ħidma li fihom saru sensiela ta’ sessjonijiet ta’ djalogu bejn il-migranti u l-komunità, il-Ħadd 11 ta’ Diċembru tnediet il-wirja Sejjaħli b’Ismi. Dan il-proġett interkulturali huwa frott kollaborazzjoni bejn it-tim ta’ Sejjaħli b’Ismi, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-JRS (Malta) u qed ifakkar ukoll l-20 sena anniversarju mill-ewwel żbark kbir ta’ persuni li jfittxu l-ażil fuq xtutna.
Waqt it-tnedija tal-wirja li saret fis-Sagristija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Daniel Darmanin semma d-diskors li l-Papa għamel reċentement wara ż-żjara tiegħu fil-Bahrain… Kompli aqra »