Ir-rapport ‘Beyond GDP’
Ma nistgħux niċħdu l-fatt, li, sa qabel faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19, Malta kienet qed tesperjenza tkabbir ekonomiku qawwi u titjib fejn jidħol il-Prodott Gross Domestiku (GDP). Tant hu hekk, li sena wara l-oħra, konna qed nisimgħu b’bosta numri sbieħ u statistiċi pożittivi li juru kif Malta għaddejja minn surplus ekonomiku. Minkejja li fit-teorija ekonomika nsibu li GDP għoli normalment jirriżulta fi kwalità ta’ ħajja aħjar, inħoss li dawn in-numri mhux dejjem jirriflettu r-realtà ta’ madwari – spiss nisimgħu b’familji li għaddejjin minn problemi finanzjarji u li mhux ilaħħqu mal-ħajja jew b’Maltin bħali li qed jesperenzaw ħajja sfrenata jew oħrajn li jbatu mis-solitundi, l-ansjetà jew l-esklużjoni soċjali… Kompli aqra »