Opinjoni

Li tara jew li ma tarax

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru, il-Knisja mad-dinja kollha tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. L-orizzont li lejh aħna mistednin nimxu huwa dak li fih inkunu “aktar miftuħin”, jiġifieri li niddakru mid-diversità u mit-tlaqqigħ kulturali ta’ bejnietna, filwaqt li l-Knisja twessa’ l-kappa tagħha biex tħaddan lil kulħadd. Madankollu, hu u jorbot b’mod espliċitu il-ħolma ta’ soċjetà aktar inklussiva mal-kura tad-dar komuni tagħna, il-Papa Franġisku qed iwissina li jekk nippruvaw nisseparaw dak li huwa marbut b’mod intrinsiku, din il-ħolma tista’ malajr tinbidel fi ħmar il-lejl… Kompli aqra »

Il-Ħajja Mgħaġġla

Din is-silta mill-ktieb tal-Koħelet, li tirrifletti fuq il-bżonn ta’ ħajja riflessiva u li tingħex b’pass meqjus, tikkuntrasta bil-qawwi l-kaos u l-ġenn tad-dinja tal-lum. Illum, qegħdin ngħixu ħajja kkaratterizzata minn ġenn kontinwu. Spiss insibu ruħna niġru wara l-arloġġ jew naraw kif nagħmlu biex neħilsu kemm jista’ jkun affarijiet fl-inqas żmien possibbli. Hekk qegħdin nitilfu s-sens ta’ meravilja u apprezzament tal-affarijiet li jikbru bil-mod, u li jieħdu l-ħin tagħhom biex jagħmlu l-frott… Kompli aqra »

Il-Plastik: Materjal versatili li jagħmel ħsara lill-ambjent

Dan l-aħħar, kont qiegħed nipprova nnaqqas l-ammont ta’ plastik li nuża fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum … u irrealizzajt kemm din hi xi ħaġa diffiċli. Kultant ninsa nieħu basket tad-drapp miegħi mid-dar meta mmur nagħmel xi xirja. Drabi oħra, ikolli ninsisti mas-sidien tal-ħwienet li m’għandix bżonn borża għax-xirja. Spiss, ninsa nieħu l-ilma miegħi u nispiċċa nixtri flixkun tal-plastik.

Fil-fatt, il-plastik huwa materjal versatili ħafna… Kompli aqra »

Fil-Ħofra tat-Telfien

Għexieren ta’ nies jippruvaw jitilgħu fuq il-ġwienaħ tal-ajruplan C-17  tal-Forzi tal-Ajru tal-Istati Uniti,  hu u jtir mill-Ajruport ta’ Kabul. Sekondi wara t-tluq, minn tal-anqas żewġ persuni jaqgħu minn fuq l-istess ajruplan u jmutu mewta orribbli.

Dan huwa l-filmat drammatiku li aktarx jirrappreżenta bl-iktar mod ċar is-sens ta’ kaos u disperazzjoni li ħakem l-Afganistan u l-kapitali tiegħu Kabul fl-aħħar jiem, wara li l-pajjiż waqa’ b’ħeffa kbira f’idejn it-Talibani… Kompli aqra »

Il-kuraġġ li ma niġix naqa’ u nqum

It-temperaturi u l-livell tal-baħar li qegħdin dejjem jogħlew, il-maltempati aktar qawwija u frekwenti, il-mewġiet tas-sħana, flimkien ma’ nixfa estrema u deżertifikazzjoni. Dan kollu huwa inevitabbli fis-snin li ġej skont rapport ġdid dwar it-Tibdil fil-Klima maħruġ fid-9 ta’ Awwissu mill-United Nations Intergovernmental Panel (IPCC).

Dan ir-rapport għandu għalfejn iħassibna serjament u għandu jservi bħala sejħa biex inqumu mir-raqda morali u spiritwali… Kompli aqra »

Ritorn għall-ħajja ta’ qabel Covid-19?

It-tnedija tal-vaċċin tista’ titqies bħala t-tama l-kbira li ħabbret is-sena l-ġdida. Hija għodda kruċjali li tista’ tgħin lill-umanità biex tegħleb jew biex titgħallem tgħix mal-virus. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied u tas-sena l-ġdida, u l-festini tas-soltu li għadd ta’ persuni li jimpurtahom minn saħħithom għażlu li jabbandunaw, żiedu x-xenqa għal ħajja normali. Il-ħajja ta’ qabel Covid kienet tinkludi bosta laqgħat ma’ nies oħra u aktar kuntatt fiżiku, ħajja li ħafna minna setgħu ħaduha for granted… Kompli aqra »

Ir-rapport ‘Beyond GDP’

Ma nistgħux niċħdu l-fatt, li, sa qabel faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19, Malta kienet qed tesperjenza tkabbir ekonomiku qawwi u titjib fejn jidħol il-Prodott Gross Domestiku (GDP). Tant hu hekk, li sena wara l-oħra, konna qed nisimgħu b’bosta numri sbieħ u statistiċi pożittivi li juru kif Malta għaddejja minn surplus ekonomiku. Minkejja li fit-teorija ekonomika nsibu li GDP għoli normalment jirriżulta fi kwalità ta’ ħajja aħjar, inħoss li dawn in-numri mhux dejjem jirriflettu r-realtà ta’ madwari – spiss nisimgħu b’familji li għaddejjin minn problemi finanzjarji u li mhux ilaħħqu mal-ħajja jew b’Maltin bħali li qed jesperenzaw ħajja sfrenata jew oħrajn li jbatu mis-solitundi, l-ansjetà jew l-esklużjoni soċjali… Kompli aqra »

Opinjonijiet kontroversjali, reazzjonijiet ippolarizzati

Tweet li l-awtriċi J.K. Rowling kitbet xi xhur ilu fuq il-persuni transesswali, qajmet kontroversja sħiħa fuq l-istess awtriċi, magħrufa għall-involviment tagħha fil-kamp tal-ġustizzja soċjali. Aktar riċenti, id-diskors fuq il-libertà tal-espressjoni li għamel il-President Franċiż Emmanuel Macron, b’reazzjoni għall-assassinju ta’ Samuel Patty, qajmet għagħa kbira fid-dinja Musulmana filwaqt li lokalment, artiklu li ħareġ qassis dwar l-omosesswalità ġie kkundannat minn bosta. Għalkemm ma naqbilx għal kollox ma’ dak li qalu dawn l-individwi, jinkwetawni ħafna r-reazzjonijiet estremi u polarizzati li jsiru f’konfront ta’ stqarrijiet kontroversjali bħal dawn… Kompli aqra »

Tista’ l-fidi tikkontribwixxi lejn tkabbir ekonomiku aktar ġust?

Sara Portelli, Giovann Mamo, Dorianne Buttigieg, Marthese Farrugia, Carmen Mamo, Maria Cardona

L-ekonomija u r-reliġjon rarament huma assoċjati ma’ xulxin. Madankollu, l-implikazzjonijiet tal-fidi vera jestendu fil-fond fil-mod prattiku tal-għajxien tagħna inkluż id-dimensjoni ekonomika. Għalhekk, il-fidi hija favur distribuzzjoni ġusta tal-ġid u tiddiskuti r-relazzjoni bejn il-produzzjoni, il-ħolqien tal-ġid u l-ambjent. Il-fidi tqanqalna biex nistaqsu jekk hux qed nużaw tajjeb il-mezzi pprovduti lilna u xi tfisser li ngħixu ħajja fit-twettiq tad-dinjità tal-bniedem… Kompli aqra »

Agħtuhom intom x’jieklu

Fir-riflessjoni tiegħu dwar il-qari tal-evanġelju tal-Ħadd li għadda, il-Papa Franġisku waqaf fuq il-mument meta fi nżul ix-xemx, id-dixxipli, stiednu lil Ġesù biex jibgħat lill-folla ‘l hemm sabiex ikunu jistgħu jmorru jsibu xi ħaġa x’jieklu. Imma Huwa weġibhom: “Agħtuhom intom x’jieklu”. Id-dixxipli ovvjament ma setgħux jimmaġinaw kif setgħu jitimgħu dik il-folla enormi.

Billi jiffoka inqas fuq il-miraklu, u aktar fuq l-attitudni li Ġesù jirrikjedi mid-dixxipli tiegħu, il-Papa jispjega li dan kien il-mod ta ’Ġesù kif jeduka lilhom u lilna fil-loġika ta’ Alla… Kompli aqra »