Opinjoni

Ħajja dinjituża permezz tax-xogħol

In recent years, Malta has been hailed as a success story when it comes to employment opportunities. And yet, work is much more than an activity which generates wealth and guarantees a source of income. It is an integral part of our wellbeing and has a decisive influence on the quality of life of individuals and families. As such, we are duty-bound to go beyond the headline numbers and analyse in more detail the following challenges which hinder workers and their families from leading a dignified life through work:

– An alarming increase in in-work poverty. The proportion of working people who earn less than 60% of the national median income has increased from 5.2% in 2012 to 7.4% in 2020… Kompli aqra »

Dritt u dmir: L-importanza li tivvota

Aħna u nippreparaw biex neleġġu gvern ġdid fis-26 ta’ Marzu, diffiċli nsibu messaġġ aktar kontrakulturali fuq il-politika minn dak li joffri l-Papa Franġisku huwa u jistieden lill-Kattoliċi tajbin biex jinvolvu ruħhom fil-politika: “Ma tistax toqgħod tħares mill-gallarija! Involvi ruħek!”. “Il-politika, skont id-Duttrina Soċjali tal-Knisja, hija waħda mill-ogħla forom ta’ karità, għax isservi l-ġid komuni. Ma nistax naħsel idejja, ħeqq? Ilkoll irridu nagħmlu xi ħaġa!”

Ejja nikkunsidraw dak li qed jgħid il-Papa… Kompli aqra »

Xogħol ikkumplikat imma urġenti

Malta’s recent history has, in more ways than one, been a success story. And yet, the price which has been paid for this success is indeed high. Apart from those who have paid with their lives, divisions and lack of peace abound on this little island nation of ours. As we prepare to elect a new government in the next few months, we can expect partisan pique and polarisation, ever-present in our society, to reach fever pitch, despite the several calls along the years for a process of national reconciliation and unity  

Last month, the Justice & Peace Commission within the Archdiocese of Malta launched a document called Yahad, a term in Hebrew which conveys the sense of togetherness and community and which represents the Commission’s vision for Maltese society… Kompli aqra »

Desmond Tutu: Profeta ta’ Rikonċiljazzjoni

A few days ago, Desmond Tutu, the former Anglican archbishop of Cape Town, South Africa, who rallied the world behind the anti-apartheid struggle in a way that made him a prophet of reconciliation of our times, died at the age of 90.

Tributes flowed in from all over the world to recognize the many qualities of a man who never stopped practicing the forgiveness he preached… Kompli aqra »

Imwiet fil-ħabs

Ftit ġimgħat ilu, il-pajjiż kollu kien maħsud bl-aħbar ta’ mewta oħra fil-ħabs. Din kienet l-erbatax-il mewta fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-bidu tas-sena 2018. Inħatret inkjesta biex jiġu stabbiliti l-fatti u r-raġunijiet kollha li b’xi mod jistgħu jispjegaw din l-istatistika inkwetanti u allarmanti.

Madankollu, il-ħabsin, il-familji tagħhom u ċ-ċittadini kollha, ma jifilħux jibqgħu jistennew aktar. Iridu lil kull min hu involut jibda jiġbed ħabel wieħed biex jiżgura li l-ħabs ikun mhux biss post sigur, iżda istituzzjoni li tqiegħed r-riforma u r-riabilitazzjoni fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha, u taċċerta li d-dinjità ta’ kulħadd tkun rispettata… Kompli aqra »

L-għażla preferenzjali tal-fqar: Għażla li mhux fakultattiva

Waħda mit-temi ewlenin fit-tagħlim soċjali Kattoliku fl-aħħar snin kienet l-għażla preferenzjali għall-foqra. Il-frażi ntużat għall-ewwel darba fl-aħħar tas-snin sittin mis-superjur ġenerali tal-Ġiżwiti ta’ dak iż-żmien, Patri Pedro Arrupe, f’ittra lill-ordni tiegħu. Il-frażi intużat ftit wara  mill-Isqfijiet Kattoliċi tal-Amerika Latina, li enfasizzaw fuq l-użu tal-kelma “għażla” bħala kelma ta’ azzjoni u mhux sempliċiment bħala nom. Illum il-ġurnata, din il-frażi titqies bħala waħda mill-prinċipji ewlenin li jiggwidaw r-riflessjoni u l-azzjoni tal-Insara fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

In-nuqqas ta’ tama tittieħed. Daqstant ieħor it-tama

F’survey li sar maż-żgħażagħ biex jara f’liem parti tad-dinja jixtiequ jgħixu, 27% biss għażlu lil Malta.

Fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena se jkollhom għall-ewwel darba d-dritt li jivvutaw. U madanakollu, dawn l-istess żgħażagħ qed jgħidulna li jippreferu jitilqu mill-pajjiż milli jinvolvu ruħhom politikament hawnhekk. Il-maġġorparti taż-żgħażagħ donnhom qatgħu qalbhom minn Malta. Qed ifittxu minflok, li jgħixu f’post li jgħinhom biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, li jieħu ħsieb l-ambjent, li jinvesti fl-edukazzjoni u li jippromwovi stil ta’ ħajja tajba għas-saħħa… Kompli aqra »

Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm

Ħallewh nofsu mejjet: Fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, il-ħallelin li sawtu lir-raġel u ħallewh nofs mejjet jibqgħu anonimi, bla isem. Il-persuna li allegatament tefgħet lil Lamin, bħallikieku kienet borża taż-żibel, mal-ġenb tat-triq fi Triq Selmun, il-Mellieħa, diġà ġiet identifikata u se tiffaċċja l-ġustizzja.

——————–

Ir-rota tal-inġustizzja: Dietrich Bonhoeffer, it-teologu Ġermaniż li b’kuraġġ kbir qam kontra l-oppressjoni Nazzista, darba qal li “m’għandniex sempliċiment ninfaxxaw il-feriti ta’ dawk li jispiċċaw vittmi taħt ir-roti tal-inġustizzja, iżda rridu ndaħħlu bastun fir-rota stess”… Kompli aqra »

Naraw il-verita’, lil hinn mill-inkonsistenzi tagħna

Spiss nisimgħu lil min jgħid li l-Knisja għandha tbigħ il-ġid kollu tagħha u tuża dawk il-flus biex titma’ lill-foqra u tagħmel xi ħaġa għall-ġid tas-soċjetà.

Fil-fatt, din il-ġimgħa qamet kontroversja wara li l-Knisja ddeċidiet tiddisponi minn biċċa art li kienet propjetà tagħha għal diversi snin. Minkejja li din l-art kienet qed tagħti l-impressjoni ta’ Knisja sinjura, ma kienet qed taqdi ebda skop soċjali partikolari… Kompli aqra »

Li tara jew li ma tarax

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru, il-Knisja mad-dinja kollha tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. L-orizzont li lejh aħna mistednin nimxu huwa dak li fih inkunu “aktar miftuħin”, jiġifieri li niddakru mid-diversità u mit-tlaqqigħ kulturali ta’ bejnietna, filwaqt li l-Knisja twessa’ l-kappa tagħha biex tħaddan lil kulħadd. Madankollu, hu u jorbot b’mod espliċitu il-ħolma ta’ soċjetà aktar inklussiva mal-kura tad-dar komuni tagħna, il-Papa Franġisku qed iwissina li jekk nippruvaw nisseparaw dak li huwa marbut b’mod intrinsiku, din il-ħolma tista’ malajr tinbidel fi ħmar il-lejl… Kompli aqra »