Paċi u Solidarjetà

Id-dokument ‘Yahad’ ippreżentat lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni

Waqt żjara ta’ korteżija, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, il-perit Daniel Darmanin, ippreżenta l-ktejjeb Yahad lil Kap ta’ l-Oppożiżżjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech.

Matul din il-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 16 ta’ Frar, fid-Dar Ċentrali, Pietà, is-sur Darmanin spjega li l-mixja ta’ Yahad tibda bis-smiegħ tal-vuċijiet tal-vittmi ta’ l-inġustizzja. Minn dan il-punt ta’ tluq, il-ktejjeb jiddeskrivi l-viżjoni tal-Kummissjoni għas-soċjetà, viżjoni ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni, imsejsa fuq il-valuri tal-verità, kuraġġ kreattiv, temperanza u paċenzja ħanina… Kompli aqra »

Nitgħallmu mill-pandemija u nsalvaw il-ħajja ta’ miljuni ta’ nies

In a joint statement, the Symposium of Episcopal Conferences of Africa and Madagascar (SECAM) and Justice and Peace Europe call on the European Union (EU), the African Union (AU) and their member states to strengthen their commitment to equitable global vaccine supply and global health issues ahead of the joint AU-EU Summit.

Bishop Noël Treanor, president of Justice and Peace Europe, notes that the consequences of the pandemic are hitting particularly hard those who were already struggling before the pandemic: “Refugees and homeless people, often living in precarious conditions, live in constant fear of infection and are even more isolated than before… Kompli aqra »

Id-dokument ‘Yahad’ ippreżentat lill-President George Vella

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ippreżentat id-dokument ‘Yahad’ lill-President ta’ Malta George Vella.

F’laqgħa kordjali li saret nhar it-Tlieta, l-ewwel ta’ Frar, fil-Palazz ta’ San Anton, Daniel Darmanin, president tal-Kummissjoni, spjega kif il-Knisja tixtieq tagħti s-sehem tagħha fil-mixja ta’ għaqda u rikonċiljazzjoni nazzjonali li l-President stess qed jippromowvi b’diversi modi. Minn naħa tiegħu, il-President wera x-xewqa li dan id-djalogu mal-Kummissjoni ma jiqafx hawn, sabiex it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jgħin biex jitnaqqsu l-firda u l-mibegħda li sfortunatament għadhom wisq preżenti fil-qasam soċjali u politiku tagħna… Kompli aqra »

‘Yahad’ ippreżentat lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati

Daniel Darmanin (President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi), akkumpanjat minn Mark Cachia (Uffiżjal Eżekuttiv) ippreżentaw il-ktejjeb ‘Yahad’ lill-Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Waqt din iż-żjara ta’ kortesija li saret nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar fl-uffiċju ta’ l-iSpeaker ġewwa l-Parlament fil-Belt Valletta, ġew ippreżentati l-punti ewlenin ta’ dan il-proġett u ġew diskussi l-isfidi prinċipali li għandu quddiemu l-pajjiż fil-qasam soċjali u politiku.

Aqra aktar: www.yahad.mt Kompli aqra »

Talba għall-paċi fl-Ukraina u fl-Ewropa

The Presidency of the Council of European Bishops’ Conferences, giving voice to the Bishops of the European Continent in this dramatic moment of tension around Ukraine, wishes to express its closeness to the Churches in Ukraine and to all its people. They invite the international community to offer its support to the country in the face of the danger of a Russian military offensive.

While the entire international community interprets the actions of the Russian military forces as a real threat to peace throughout the world, we embrace – in this time of fear and uncertainty for the future of the country – our brothers and sisters in the faith and all the people of Ukraine… Kompli aqra »

Lejn soċjetà aktar magħquda

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet dokument għad‑diskussjoni bil‑għan li tħeġġeġ liċ‑ċittadini Maltin jirriflettu fuq kif bħala pajjiż nistgħu naħdmu sabiex tkompli tinbena l‑paċi, filwaqt li nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

Dan id‑dokument bl‑isem ta’ ‘Yahad’, terminu bl‑Ebrajk li jirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, hu maqsum fi tliet taqsimiet: l‑ewwel dwar il‑ġrajjiet li kixfu l‑ġrieħi tas‑soċjetà Maltija, it‑tieni dwar il‑virtujiet li jistgħu jservu ta’ gwida matul il‑proċess ta’ fejqan, rikonċiljazzjoni u tiġdid tas‑soċjetà, u t‑tielet dwar l‑impenn fil‑prattika ta’ kull ċittadin favur soċjetà li, bħalma jisħaq il‑Papa Franġisku, twarrab “il‑kultura tal‑ħela” u tagħmel post għall‑“kulturatal‑laqgħa”. 

Waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, Daniel Darmanin, il‑President tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, qal li minkejja ċ‑ċokon tal‑pajjiż, matul is‑sena, iċ‑ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ paċi u trankwillità ma jonqsux… Kompli aqra »

Djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, l-edukazzjoni u x-xogħol: għodod biex tinbena l-paċi dejjiema

1.“Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min ixandar is-sliem” (Iż 52:7).

Il-kliem tal-profeta Iżaija jesprimi l-faraġ, in-nifs ta’ serħan ta’ poplu eżiljat, għajjien minħabba l-vjolenza u l-oppressjoni, mifni min-nuqqas ta’ dinjità u mill-mewt. Dwaru l-profeta Bàruk staqsa: “Għala, Iżrael, għala tinsab f’art l-għedewwa tiegħek? Għala qiegħed tixjieħ f’art barranija? Għala int imniġġes mal-mejtin, magħdud fost dawk li jinżlu f’Qiegħ l-Art?” (3:10-11)… Kompli aqra »

Solidarjeta’

“Solidarity is a word that is not always well received. In certain circumstances it has become a dirty word, something one dares not say. However, it is a word that means much more than an occasional gesture of generosity. It means thinking and acting in terms of community. It means that the lives of all take priority over the appropriation of goods by a few… Kompli aqra »

Reazzjoni għad-dokument strateġiku ta’ Politika Barranija

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ il-pubblikazzjoni ta’ Istrateġija tal-Politika Barranija ta’ Malta, fejn għall-ewwel darba, il-politika barranija ta’ Malta qed titfassal f’dokument strateġiku.

Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni ħejjiet dokument imsejjes fuq l-erba’ punti li ġejjin:

  • Għajnuna barranija għall-iżvilupp
  • Ġustizzja tal-klima
  • Drittijiet tal-bniedem
  • Ġustizzja fiskali

Aqra d-dokumentDownload Kompli aqra »