Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.
L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk, fl-eposidji li ħa joħorgu fit-tmien ġimgħat li ġejjin, iż-żewġ mistiedna kienu żgħażagħ stess li qasmu magħna l-esperjenzi tagħhom.
Flimkien mal-podcasts ħa tiġi ippublikata wkoll Gwida għad-diskussjoni li tista’ tintuża waqt laqgħat taż-żgħażagħ.