Author: Mark Cachia

Bħala Kattoliċi, noqogħdu gallarija?

Waqt diskors li kien għamel lill-membri tal-Komunitajiet ta’ Ħajja Nisranija, il-Papa Franġisku kien staqsa jekk aħna, bħala Kattoliċi, għandniex tendenza nħarsu lejn il-politika mill-gallarija. Hu kien wissa li postna mhux li nħarsu mill-gallerija imma li ninvolvu ruħna u mmiddu idejna mill-aħjar li nistgħu.

Ispirati minn dan il-kliem u mid-dokument Yahad tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, matul dawn l-aħħar xhur ġew organizzati numru ta’ workshops ma’ gruppi ta’ edukaturi tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi… Kompli aqra »

Noħolmu bħala umanità waħda

Jiġi ti tmiemu vjaġġ ta’ tmien ġimgħat iffukat fuq l-Enċiklika Fratelli Tutti. Organizzati fil-parroċċa ta’ Wied il-Għajn, dawn it-tmien laqgħat kellhom bħala skop mhux biss dak li jispjegaw il-ħsieb tal-Papa Franġisku, imma wkoll li flimkien, fuq livell individwali kif ukoll bħala komunità, insaqsu lilna nfusna kif nistgħu nibnu soċjetà iktar fraterna msejsa fuq il-ġustizzja, il-verità u l-ħniena.

Wara input inizzjali mill-kelliema, f’kull laqgħa ingħata spazju għall-mistoqsijiet u reazzjonijiet mill-parteċipanti… Kompli aqra »

Id-dinjità tax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema

Fl-1891, il-Papa Ljun XIII ħareġ Rerum Novarum (fuq il-Kapital u x-Xogħol). Hu tefa’ dawl fuq l-inġustizzji u l-isfruttament tal-ħaddiema mis-sinjuri waqt ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jingħaqdu u jiġġieldu kontra kundizzjonijiet diżumani. Minn dak iż-żmien, it-tagħlim tal-Knisja iddefenda d-dinjità tax-xogħol u l-parteċipazzjoni. Kompli aqra »

Il-paċi hi frott tal-ġustizzja

On 24 February 2022 the Russian government launched a brutal and undeclared invasion of Ukraine. Like many civil society actors, Justice and Peace Europe immediately condemned the Russian aggression. Today, as secretaries general of Justice and Peace Commissions in Europe we reaffirm on the foundation of our Christian values and convictions that whilst diplomacy remains essential, some principles are non-negotiable, in particular respect for the dignity of every human being, the universality and indivisibility of human rights and the imperative of non-aggression, which is the basis for peaceful coexistence… Kompli aqra »

Ħarsien tal-Ħolqien

Jekk nersqu lejn in-natura u l-ambjent mingħajr qalb miftuħa għall-istagħġib u b’sens ta’ meravilja… l-atteġġjamenti tagħna jsiru ta’ wieħed li jrid jaħkem, tal-konsumatur jew ta’ xi ħadd li sempliċement jisfrutta r-riżorsi naturali, u mhux kapaċi jrażżan l-interessi immedjati tiegħu. Għall-kuntrarju, jekk aħna nħossuna intimament magħquda ma’ dak kollu li jeżisti, ir-rażan u l-għożża jnixxu minna b’mod spontanju. Il-faqar u l-awsterità ta’ San Franġisk ma kinux axxetiżmu minn barra biss, imma xi ħaġa iktar fil-fond: hu ma riedx jagħmel mir-realtà sempliċi oġġett ta’ użu jew ta’ ħakma… Kompli aqra »

Jitilfu ħajjithom waqt li jippruvaw jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum

F’Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tixtieq li, għal darb’oħra, tiġbed l-attenzjoni fuq ix-xorti traġika ta’ dawk il-ħaddiema tal-kostruzzjoni li, sfortunatament, huma l-vittmi ta’ tendenza li qed tokkorri spiss, li jitilfu ħajjithom huma u jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Il-korrimenti serji u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol iseħħu f’setturi ekonomiċi oħra bħall-manifattura. Madankollu, l-ogħla numru ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol jibqa’ abbinat mas-siti tal-kostruzzjoni… Kompli aqra »

Nesploraw l-Enċiklika Fratelli Tutti

L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment Injazjan, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Fuq tmien ġimgħat, it-temi ta’ din l-Enċiklika ħa jiġu diskussi flimkien mal-komunità parrokjali ta’ Wied il-Għajn. L-ewwel laqgħa, li kienet iffukata fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, saret fil-21 ta’ April ġewwa Villa Apap Bologna u għaliha attendew madwar 25 persuna… Kompli aqra »

Live: Nipproteġu l-paċi fost it-tifrik tal-gwerra

Data: Tlieta 19 ta’ April, 2022

Ħin: 19:00

Fejn: Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera

Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna daħlet fis-seba’ ġimgħa tagħha, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza taħdita pubblika dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jitfa’ dawl fuq ir-responsabbiltà li għandha l-komunità internazzjonali – inkluż dik ta’ Malta – b’rabta mal-protezzjoni ta’ ħajjiet innoċenti mill-ħruxija tal-kunflitti u l-gwerer. Din se ssir nhar it-Tlieta, 19 ta’ April 2022, f’Dar Ħanin Samaritan f’Santa Venera, u tibda fis-7pm… Kompli aqra »

Talb u azzjoni għall-ġustizzja u paċi fl-Ukrajna u d-dinja kollha

“And hope does not disappoint us, because God’s love has been poured into our hearts through the Holy Spirit that has been given to us.” (Roman 5:5)

The Paschal mystery of Christ takes us to the heart of injustice, violence and suffering. The story of Christ’s passion and death echoes human suffering and tragedies experienced in many parts of our world, not least by Ukrainians in their own country and wherever the roads of exile have taken them… Kompli aqra »

It-tielet anniversarju tal-qtil brutali ta’ Lassana Cisse

L-Erbgħa, 6 t’April, 2022 huwa t-tielet anniversarju tal-qtil brutali ta’ Lassana Cisse. Atti ta’ vjolenza bħal dan iridu jiġu mfakkra, mhux minsijin jew imsikktin. Ħafna organizzazjonijiet qegħdin quddiem il-qrati tal-ġustizzja llum b’solidarjetà ma ħutna li għadhom jaffaċċjaw il- vjolenza sempliċiment għax huma suwed. Il-komunità Maltija qegħda hawn flimkien mal- komunità tal-immigranti biex tikkundanna kull forma ta’ razziżmu u att ta’ vjolenza.

Dan kien attakk terrorista li kellu l-għan li jġib it-terrur fostna… Kompli aqra »