Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.
Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna.
Għal Ras ir-Randan u għal kull Ħadd tar-Randan, fis-Sussidju ssib:
- Silta mill-iskrittura
- Lenti fuq id dinja mġarrfa tagħna
- Riflessjoni meħuda minn ‘Yahad’
- Sinjal ta’ tama
- Ir-risposta tagħna, fil-prattika
- Suġġeriment mid-dinja taċ-ċinema
- Frażi li tispira