Dinjità u Drittijiet Umani

Il-qawwa tal-ospitalità 

On the 5th of March, 2002, 250 asylum seekers drifted into Xlendi Bay, Gozo. Their arrival marked what would later be considered as the first major disembarkation of asylum seekers on Maltese shores. Since then, the issue of migration has practically never disappeared from our socio-political agenda. Among friends and colleagues, the pros and cons of welcoming people in a multicultural society are discussed. Come election time, the success or otherwise of our “integration” programmes is debated… Kompli aqra »

Sejjaħli b’Ismi

Wara xhur ta’ ħidma li fihom saru sensiela ta’ sessjonijiet ta’ djalogu bejn il-migranti u l-komunità, il-Ħadd 11 ta’ Diċembru tnediet il-wirja Sejjaħli b’Ismi. Dan il-proġett interkulturali huwa frott kollaborazzjoni bejn it-tim ta’ Sejjaħli b’Ismi, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-JRS (Malta) u qed ifakkar ukoll l-20 sena anniversarju mill-ewwel żbark kbir ta’ persuni li jfittxu l-ażil fuq xtutna.

Waqt it-tnedija tal-wirja li saret fis-Sagristija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi Daniel Darmanin semma d-diskors li l-Papa għamel reċentement wara ż-żjara tiegħu fil-Bahrain… Kompli aqra »

Il-logħba mhux daqstant sabiħa

Minn mindu l-FIFA għażlet lill-Qatar biex jospita t-Tazza tad-Dinja tal-2022, dan ir-Renju tal-Golf spiċċa taħt skrutinju kritiku kostanti. Dik li kellha tkun ċelebrazzjoni ta’ talent, diversità u kompetizzjoni sportiva, qed tittrasforma ruħha f’kampjonat mittiefes minn stejjer ta’ sfruttament, transazzjonijiet mhux ċari, u preġudizzju. F’dan il-każ, l-eżerċizzju ta’ “sportswashing”, li bih l-isponsors korporattivi u n-nazzjonijiet ospitanti jfittxu li jtejbu r-reputazzjoni tagħhom billi jisfruttaw l-emozzjonijiet qawwija evokati mill-avvenimenti sportivi, ma jidhirx li sejjer kif mistenni… Kompli aqra »

23 għaqda jappellaw għall-bżonn urġenti li tiġi rregolata s-sitwazzjoni ta’ “free for all” fl-użu tal-Kannabis

L-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta’ Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħna li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b’impatt kbir fuq is-soċjetà b’mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata.

Sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà tagħna sar “free for all” żdiedet b’mod drammatiku filwaqt li jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw.

L-għaqdiet hawn taħt iffirmati jesprimu t-tħassib tagħhom li, wara l-isforz qawwi li sar biex tgħaddi il-liġi, il-Gvern ma weriex l-istess rieda biex jinvesti fir-riżorsi meħtieġa biex titwaqqaf Awtorità b’saħħitha li timplimenta l-liġi b’mod serju u responsabbli… Kompli aqra »

Displacement

Ma tgħaddix ġurnata li ma naqrawx xi artiklu fuq il-migrazzjoni jew nisimgħu xi rimarka fuq l-impatt tal-migranti fuq is-soċjetà Maltija. Il-Papa nnifsu, matul iż-żjara tiegħu f’Malta, xtaq jiltaqa’ mal-migranti fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far biex jesprimi s-solidarjetà u l-viċinanza tiegħu ma’ dawk kollu li jħallu l-pajjiżhom.

Imma min hu migrant? In-numru ta’ dawk li qed iħallu pajjiżhom qed jiżdied? Qed isibu komunitajiet li jilqgħuhom? … Kompli aqra »

Paċi, ekoloġija integrali u sinodalità

The International workshop 2022 of Justice and Peace Europe took place in Assisi from the 7th until the 9th of October. Participants were welcomed by the Franciscan community and led into the opening prayer by a group of young people who are actively engaged in the Italian Justice and Peace Commission. Daniel Darmanin (President) and Mark Cachia (Executive Officer) attended this meeting on behalf of the Justice and Peace Commission of the Archdiocese of Malta… Kompli aqra »

Rethink.mt

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Niddiskutu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Indifferenza li toqtol

The Justice and Peace Commission urges Malta’s authorities and politicians to prioritise the saving of lives and refrain from using language that fans the flames of indifference following the unnecessary death of a four-year-old girl who tragically lost her life in Malta’s Search and Rescue Area.

The young girl, Loujin, died because action by the competent authorities to save the lives of 60 people stranded at sea — who had left Lebanon 10 days earlier — came too late… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ b’sodisfazzjon l-offerta ta’ medjazzjoni bejn il-Bord tal-Kulleġġ St Albert the Great u s-sur Mario Mallia, li din il-ġimgħa tkeċċa mill-irwol tiegħu bħala surmast ta’ l-iskola.

Il-Kummissjoni tittama bis-sħiħ li, fl-interess tal-komunità edukattiva ta’ St Albert u fl-interess tal-qasam edukattiv kollu f’Malta u tal-Knisja lokali, din il-kwistjoni tiġi riżolta fil-futur qarib.

Mingħajr ma nidħlu fil-merti tal-każ, m’għandux jiġi sottovalutat it-taħwid u r-rabja li qed jesprimu għadd kbir ta’ nies ta’ rieda tajba b’reazzjoni kemm għat-tkeċċija tas-Sur Mario Mallia kif ukoll għall-mod kif ittieħdet deċiżjoni bħal din… Kompli aqra »