Dinjità u Drittijiet Umani

Id-dinjità tax-Xogħol u d-Drittijiet tal-Ħaddiema

Fl-1891, il-Papa Ljun XIII ħareġ Rerum Novarum (fuq il-Kapital u x-Xogħol). Hu tefa’ dawl fuq l-inġustizzji u l-isfruttament tal-ħaddiema mis-sinjuri waqt ir-Rivoluzzjoni Industrijali. Il-Papa ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jingħaqdu u jiġġieldu kontra kundizzjonijiet diżumani. Minn dak iż-żmien, it-tagħlim tal-Knisja iddefenda d-dinjità tax-xogħol u l-parteċipazzjoni. Kompli aqra »

Jitilfu ħajjithom waqt li jippruvaw jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum

F’Jum il-Ħaddiem ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tixtieq li, għal darb’oħra, tiġbed l-attenzjoni fuq ix-xorti traġika ta’ dawk il-ħaddiema tal-kostruzzjoni li, sfortunatament, huma l-vittmi ta’ tendenza li qed tokkorri spiss, li jitilfu ħajjithom huma u jaħdmu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Il-korrimenti serji u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol iseħħu f’setturi ekonomiċi oħra bħall-manifattura. Madankollu, l-ogħla numru ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol jibqa’ abbinat mas-siti tal-kostruzzjoni… Kompli aqra »

It-tielet anniversarju tal-qtil brutali ta’ Lassana Cisse

L-Erbgħa, 6 t’April, 2022 huwa t-tielet anniversarju tal-qtil brutali ta’ Lassana Cisse. Atti ta’ vjolenza bħal dan iridu jiġu mfakkra, mhux minsijin jew imsikktin. Ħafna organizzazjonijiet qegħdin quddiem il-qrati tal-ġustizzja llum b’solidarjetà ma ħutna li għadhom jaffaċċjaw il- vjolenza sempliċiment għax huma suwed. Il-komunità Maltija qegħda hawn flimkien mal- komunità tal-immigranti biex tikkundanna kull forma ta’ razziżmu u att ta’ vjolenza.

Dan kien attakk terrorista li kellu l-għan li jġib it-terrur fostna… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’Malta

Il-Papa Franġisku żar il-gżejjer Maltin bejn mit-2 sat-3 ta’ April għal żjara qasira u intensa.

L-immmigrazzjoni, il-ferħ tal-Evanġelju u l-ħtieġa li niskopru mill-ġdid l-umanità tagħna fil-mod kif nilqgħu lil xulxin kienu fiċ-ċentru tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa. It-tema taż-żjara kienet “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28,2). Fl-ewwel attività tiegħu, fil-Belt Valletta, il-Papa indirizza lill-President ta’ Malta u awtoritajiet ċivili oħra u enfasizza l-valuri tal-onestà, il-ġustizzja, is-sens ta’ dmir u t-trasparenza bħala “pilastri essenzjali ta’ soċjetà ċivili matura”… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Riżorsi Randan – ‘Yahad’

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Id-dokument ‘Yahad’ ippreżentat lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni

Waqt żjara ta’ korteżija, il-President tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, il-perit Daniel Darmanin, ippreżenta l-ktejjeb Yahad lil Kap ta’ l-Oppożiżżjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech.

Matul din il-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa 16 ta’ Frar, fid-Dar Ċentrali, Pietà, is-sur Darmanin spjega li l-mixja ta’ Yahad tibda bis-smiegħ tal-vuċijiet tal-vittmi ta’ l-inġustizzja. Minn dan il-punt ta’ tluq, il-ktejjeb jiddeskrivi l-viżjoni tal-Kummissjoni għas-soċjetà, viżjoni ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni, imsejsa fuq il-valuri tal-verità, kuraġġ kreattiv, temperanza u paċenzja ħanina… Kompli aqra »

Baħar Ċimiterju

The Mediterranean remains one of the deadliest migratory routes, with thousands perishing every year. Time and time again, we witness the Maltese authorities absconding on their duties to rescue desperate people seeking asylum in our search and rescue zone.

Together with people across the world, we strongly denounce the deadly violence of the world’s border regimes, and call on the responsible authorities, to respect human rights, international law, law and the 1951 Geneva Refugee Convention, and to act humanely to prevent deaths and disappearances from happening… Kompli aqra »

Mijiet jattendu l-laqgħat ta’ ‘Learning Human Stories’

Hundreds of people, from all walks of life, have had the opportunity to encounter asylum seekers who found themselves seeking protection in Malta, thanks to the latest outreach programme Learning Human Stories.

These sessions, organized by JRS Malta in collaboration with SOS Malta and Justice and Peace Commission, provided the general public a chance to speak, listen and ask questions on migration, and more importantly, get an answer directly from the asylum seekers themselves… Kompli aqra »

Id-dokument ‘Yahad’ ippreżentat lill-President George Vella

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ippreżentat id-dokument ‘Yahad’ lill-President ta’ Malta George Vella.

F’laqgħa kordjali li saret nhar it-Tlieta, l-ewwel ta’ Frar, fil-Palazz ta’ San Anton, Daniel Darmanin, president tal-Kummissjoni, spjega kif il-Knisja tixtieq tagħti s-sehem tagħha fil-mixja ta’ għaqda u rikonċiljazzjoni nazzjonali li l-President stess qed jippromowvi b’diversi modi. Minn naħa tiegħu, il-President wera x-xewqa li dan id-djalogu mal-Kummissjoni ma jiqafx hawn, sabiex it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jgħin biex jitnaqqsu l-firda u l-mibegħda li sfortunatament għadhom wisq preżenti fil-qasam soċjali u politiku tagħna… Kompli aqra »