Dinjità u Drittijiet Umani

Inċertezza kontinwa fil-ħabs

We the undersigned entities unequivocally condemn the ongoing uncertainty at the prison, aka Correctional Services Agency.

As more inmates and their families come forward to speak out, we commend them for their courage and openness.

As entities committed to social wellbeing, we recognise our responsibility to be advocates for justice and human dignity.

The number of deaths registered at this facility in these last years has tragically climbed to 13 individuals, including the recent deaths by suicide of a 30-year-old man and a 29-year-old woman… Kompli aqra »

It-transizzjoni ekoloġika bdiet. Trid tkun ġusta.

21 European Justice & Peace Commissions came together for their Annual International Workshop and General Assembly which was held in Belgium from the 1st till the 4th of October. The theme chosen for this year’s meetings was “Integral Ecology: overcoming the social and environmental crises.” Daniel Darmanin, president of the Justice and Peace Commission (Malta) attended the four-day meeting.

In their final declaration, the delegates highlighted the need for structural change as a cornerstone of climate change policy… Kompli aqra »

Wieħed raġel kien nieżel Ġeriko minn Ġerusalemm

Ħallewh nofsu mejjet: Fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, il-ħallelin li sawtu lir-raġel u ħallewh nofs mejjet jibqgħu anonimi, bla isem. Il-persuna li allegatament tefgħet lil Lamin, bħallikieku kienet borża taż-żibel, mal-ġenb tat-triq fi Triq Selmun, il-Mellieħa, diġà ġiet identifikata u se tiffaċċja l-ġustizzja.

——————–

Ir-rota tal-inġustizzja: Dietrich Bonhoeffer, it-teologu Ġermaniż li b’kuraġġ kbir qam kontra l-oppressjoni Nazzista, darba qal li “m’għandniex sempliċiment ninfaxxaw il-feriti ta’ dawk li jispiċċaw vittmi taħt ir-roti tal-inġustizzja, iżda rridu ndaħħlu bastun fir-rota stess”… Kompli aqra »

Li tara jew li ma tarax

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru, il-Knisja mad-dinja kollha tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. L-orizzont li lejh aħna mistednin nimxu huwa dak li fih inkunu “aktar miftuħin”, jiġifieri li niddakru mid-diversità u mit-tlaqqigħ kulturali ta’ bejnietna, filwaqt li l-Knisja twessa’ l-kappa tagħha biex tħaddan lil kulħadd. Madankollu, hu u jorbot b’mod espliċitu il-ħolma ta’ soċjetà aktar inklussiva mal-kura tad-dar komuni tagħna, il-Papa Franġisku qed iwissina li jekk nippruvaw nisseparaw dak li huwa marbut b’mod intrinsiku, din il-ħolma tista’ malajr tinbidel fi ħmar il-lejl… Kompli aqra »

L-Istaġun tal-Ħolqien: Dar għal Kulħadd

Dar għal kulħadd? It-tiġdid tal-Oikos ta’ Alla hija t-tema tal-Istaġun tal-Ħolqien ta’ din is-sena, li matulu, l-Insara tad-denominazzjonijiet kollha jingħaqdu fit-talb u jieħdu azzjoni b’risq id-dar komuni tagħna, fi sforz biex iġeddu l-Oikos ta’ Alla.

Imma l-kelma Oikos xi tfisser? Oikos hija l-kelma Griega għal “familja,” jew “dar”. Il-familja tagħna hija magħmula mill-umanità kollha u minn kull speċi li tgħix fuq din il-pjaneta, id-dar komuni tagħna… Kompli aqra »

Il-kuraġġ li ma niġix naqa’ u nqum

It-temperaturi u l-livell tal-baħar li qegħdin dejjem jogħlew, il-maltempati aktar qawwija u frekwenti, il-mewġiet tas-sħana, flimkien ma’ nixfa estrema u deżertifikazzjoni. Dan kollu huwa inevitabbli fis-snin li ġej skont rapport ġdid dwar it-Tibdil fil-Klima maħruġ fid-9 ta’ Awwissu mill-United Nations Intergovernmental Panel (IPCC).

Dan ir-rapport għandu għalfejn iħassibna serjament u għandu jservi bħala sejħa biex inqumu mir-raqda morali u spiritwali… Kompli aqra »

Talba lill-awtoritajiet sabiex iwaqqgħu l-akkużi ta’ terroriżmu kontra ż-żgħażagħ tal-El Hiblu

Il-Kummissjoni tal-Immigranti, JRS Malta u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, iħeġġu lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu l-akkużi legali miġjuba kontra tliet żgħażagħ, akkużi li huma relatati mat-terroriżmu.

It-tliet żgħażagħ, li meta ġew salvati mill-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1 fis-26 ta’ Marzu 2019 kellhom 15, 16 u 19-il sena, kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ aktar minn 100 raġel, mara u tfal li talbu għall-għajnuna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ, li kienet ikkoordinata minn operazzjoni navali tal-UE, ordnat lill-vapur biex jieħu l-persuni li ġew salvati lura lejn il-Libja… Kompli aqra »

Il-drittijiet tal-bniedem – ċavetta għal irkupru ġust mill-pandemija

Sa tmiem din is-sena, kważi 70 miljun persuna se jkunu ġew infettati mill-Covid-19 mad-dinja kollha u aktar minn 1.5 miljun se jkunu mietu kawża tal-virus. Fl-Ewropa stess, 14-il miljun persuna ġew infettati u 350,000 persuna mietu bil-virus. Is-sistemi tas-saħħa tagħna waslu f’xifer ta’ kollass, l-ekonomija globali tinsab f’nofs riċessjoni severa, il-faqar u l-qgħad qed jerġgħu jiżdiedu, il-ħajja kulturali hija limitata ħafna u s-servizzi reliġjużi huma ristretti f’ħafna pajjiżi, xi kultant bla bżonn… Kompli aqra »

Napprezzaw l-anzjani tagħna

Minkejja s-sentiment komuni li jqis ix-xjuħija bħala barka, l-imwiet riċenti relatati mal-pandemija tal-Covid-19 qajmet fervur sħiħ dwar l-anzjani tagħna u l-irwol tagħhom fis-soċjetà tal-lum. Sfortunatament, aħna u nisimgħu dwar din il-pandemija qerrieda, li kulma jmur qed taħsad aktar ħajjiet ta’ anzjani, qed naraw bosta kummenti fuq il-midja soċjali li juru nuqqas kbir ta’ empatija u li bħal donnu jitfgħu l-ħtija fuq iċ-ċiklu naturali tal-ħajja. Jista’ jkun li l-għeruq ta’ din il-problema jinsabu fis-soċjetà kapitalista tal-lum, orjentata lejn il-profitt, li tħares lejn l-anzjani bħala xkiel fil-mixja lejn it-tkabbir tal-ekonomija? … Kompli aqra »

L-ilma u l-iżvilupp integrali tal-bniedem; l-għajta tal-fqir u tad-Dinja

“Għandi l-għatx”.  Hekk lissen Ġesu’ minn fuq is-salib. “Kull min għandu l-għatx ħa jiġi għandi u jixrob” (Jn 7:37). Dan il-kliem ta’ Ġesu’ jixhed għall-fatt li l-ilma huwa element essenzjali sabiex il-bniedem jibqa’ jgħix u b’mod san.  Id-definizzjoni tal-ħajja nnifisha tiddependi fuq l-ilma.  L-astronomi jfittxu għall-sinjali ta’ l-ilma sabiex jevalwaw il-possibilta’ tal-ħajja fuq pjaneti oħra.  Aqua fons vitae (id-dokument ippublikat riċentament mil-Vatikan) jiddefinixxi tlett dimensjonijiet relatati ma’ l-ilma u kif dan jiġi immaniġjat: l-ilma għall-użu tal-bniedem, l-ilma għall-attivitajiet tal-bniedem u l-ilma bħala spazju… Kompli aqra »