Paċi u Solidarjetà

Il-paċi hi frott tal-ġustizzja

On 24 February 2022 the Russian government launched a brutal and undeclared invasion of Ukraine. Like many civil society actors, Justice and Peace Europe immediately condemned the Russian aggression. Today, as secretaries general of Justice and Peace Commissions in Europe we reaffirm on the foundation of our Christian values and convictions that whilst diplomacy remains essential, some principles are non-negotiable, in particular respect for the dignity of every human being, the universality and indivisibility of human rights and the imperative of non-aggression, which is the basis for peaceful coexistence… Kompli aqra »

Nesploraw l-Enċiklika Fratelli Tutti

L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment Injazjan, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Fuq tmien ġimgħat, it-temi ta’ din l-Enċiklika ħa jiġu diskussi flimkien mal-komunità parrokjali ta’ Wied il-Għajn. L-ewwel laqgħa, li kienet iffukata fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, saret fil-21 ta’ April ġewwa Villa Apap Bologna u għaliha attendew madwar 25 persuna… Kompli aqra »

Live: Nipproteġu l-paċi fost it-tifrik tal-gwerra

Data: Tlieta 19 ta’ April, 2022

Ħin: 19:00

Fejn: Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera

Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna daħlet fis-seba’ ġimgħa tagħha, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza taħdita pubblika dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jitfa’ dawl fuq ir-responsabbiltà li għandha l-komunità internazzjonali – inkluż dik ta’ Malta – b’rabta mal-protezzjoni ta’ ħajjiet innoċenti mill-ħruxija tal-kunflitti u l-gwerer. Din se ssir nhar it-Tlieta, 19 ta’ April 2022, f’Dar Ħanin Samaritan f’Santa Venera, u tibda fis-7pm… Kompli aqra »

Talb u azzjoni għall-ġustizzja u paċi fl-Ukrajna u d-dinja kollha

“And hope does not disappoint us, because God’s love has been poured into our hearts through the Holy Spirit that has been given to us.” (Roman 5:5)

The Paschal mystery of Christ takes us to the heart of injustice, violence and suffering. The story of Christ’s passion and death echoes human suffering and tragedies experienced in many parts of our world, not least by Ukrainians in their own country and wherever the roads of exile have taken them… Kompli aqra »

Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità

Il-ħames u l-aħħar laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ April bit-tema ‘Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità’ u se titmexxa minn Mark Cachia.

L-ospitalità Nisranija tibda b’attitudni ta’ gratitudni lejn dak Alla li jilqa’. Fl-Evanġelju, Kristu ma jidhirx biss bħala dak li jilqa’ bil-ħniena imma wkoll bħala barrani vulnerabbli u fil-bżonn. Ġesù hu dak li jilqa’ u li għandu bżonn jiġi milqugħ… Kompli aqra »

It-tielet edizzjoni tal-Jiem Kattoliċi Soċjali Ewropej

Following the days held in Gdansk (2009) and in Madrid (2014), the third edition of the European Catholic Social Days – entitled “Europe after the pandemic – towards a new beginning” – was held in Bratislava from the 17th till the 20th of March. This meeting gathered hundreds of delegates of the Bishops’ Conferences to discuss the most pressuring social challenges in Europe and reflect on the demographic, technological and ecological transition processes taking place in European societies… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Insawru kultura ġdida tal-paċi – Strateġija għall-Ewropa

Jekk inħarsu madwarna u nosservaw il-problemi li qiegħda taffaċċja d-dinja llum, nistgħu faċilment nħossu sens ta’ diżorjentament, imprevedibbiltà jew saħansitra biża’. Il-pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi fix-xena globali kawża tal-fiduċja fraġli li tiddomina fil-qafas legali internazzjonali u l-mekkaniżmi multilaterali, anke jekk jidher li bdiet tinbet żerriegħa ta’ tama minħabba t-tiġdid tas-sħubija transatlantika. Il-Konferenza tal-Kummissjoni Ewropea tal-Ġustizzja u l-Paċi, magħmula minn aktar minn tletin kummissjoni nazzjonali, hija konvinta li t-triq ‘il quddiem għall-Ewropa kollha għandha tinstab fil-ħolqien ta’ kultura ġdida ta’ paċi… Kompli aqra »

Riżorsi Randan – ‘Yahad’

Fid-dokument ‘Yahad’, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tirrifletti fuq il-ġrieħi tas-soċjetà tagħna, biex imbagħad tipproponi għodod meħudin mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja li huma essenzjali jekk irridu nibnu soċjetà iktar ġusta u rikonċiljata.

Bl-iskop li din ir-riflessjoni titwassal lil gruppi differenti ta’ nies, qed jiġu mħejjija diversi riżorsi msejjsa fuq ‘Yahad’. Fi żmien ir-Randan, il-Kummissjoni qed tippublika Sussidju li jgħinna nirriflettu fuq il-qari ta’ l-iskrittura li tipproponielna l-Knisja għal dan iż-żmien b’rabta mar-riflessjoni ta’ ‘Yahad’ u l-kuntest attwali tas-soċjetà tagħna… Kompli aqra »