Paċi u Solidarjetà

Paċi, ekoloġija integrali u sinodalità

The International workshop 2022 of Justice and Peace Europe took place in Assisi from the 7th until the 9th of October. Participants were welcomed by the Franciscan community and led into the opening prayer by a group of young people who are actively engaged in the Italian Justice and Peace Commission. Daniel Darmanin (President) and Mark Cachia (Executive Officer) attended this meeting on behalf of the Justice and Peace Commission of the Archdiocese of Malta… Kompli aqra »

Rethink.mt

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Niddiskutu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja

Aħseb u Ara huwa podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paci. Dan il-progett huwa frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet f’2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, xtaqna li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Isma’ leħen il-ħolqien: Vjaġġ ma’ Hildegard ta’ Bingen

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi flimkien mal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed jorganizzaw attività biex ifakkru l-Istaġun tal-Ħolqien 2022. Biha huma ser ikunu qed jingħaqdu ma’ numru ta’ knejjes kristjani fid-dinja kollha li bejn l-1 ta’ Settembru u l-4 t’Ottubru ta’ kull sena jfittxu li jqajjmu kuxjenza favur il-kura tal-pjaneta u l-abitanti tagħha.F’Malta, din is-sena l-attività ser tkun ispirata mill-figura ta’ Santa Hildegard ta’ Bingen u se tkun tikkonsisti f’nofs ta’ nhar ta’ għarfien fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ din il-qaddisa li fi żmienha spikkat għall-kontribut tagħha fl-iżvilupp tal-ispiritwalità ekoloġika… Kompli aqra »

Ir-rispett għall-ftehim internazzjonali dwar id-diżarm nukleari mhux forma ta’ dgħjufija, imma sors ta’ saħħa

With Russia’s war of aggression against Ukraine and its consequences, the world seems to have regressed into a new Cold War dynamic, involving a dangerous rhetoric with threats of use of nuclear weapons. Eroding respect for the principles of international law, including arms control agreements, undermines trust within the international community. Along with renewed strategic rivalry among nuclear powers and evolving technologies, this makes the scenario of an intentional or accidental nuclear detonation very real… Kompli aqra »

L-ukrajna: Kif tista’ tgħin?

L-invażjoni brutali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna wasslet biex il-kruha tal-gwerra terġa’ tgħolli rasha fl-Ewropa. Fis-sitt xhur li ilha għaddejja l-gwerra, għexieren ta’ eluf diġà tilfu ħajjithom. Aktar minn tnax il-miljun ruħ kellhom iħallu djarhom. U l-possibbiltà li l-kunflitt jinfirex mal-Ewropa kollha, bir-riżultati katastrofiċi li dan iġib miegħu, ma tistax tiġi eskluża.

Ix-xenarju li għandna quddiemna huwa eżattament l-oppost tal-kultura ta’ fraternità proposta mill-Papa Franġisku… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tilqa’ b’sodisfazzjon l-offerta ta’ medjazzjoni bejn il-Bord tal-Kulleġġ St Albert the Great u s-sur Mario Mallia, li din il-ġimgħa tkeċċa mill-irwol tiegħu bħala surmast ta’ l-iskola.

Il-Kummissjoni tittama bis-sħiħ li, fl-interess tal-komunità edukattiva ta’ St Albert u fl-interess tal-qasam edukattiv kollu f’Malta u tal-Knisja lokali, din il-kwistjoni tiġi riżolta fil-futur qarib.

Mingħajr ma nidħlu fil-merti tal-każ, m’għandux jiġi sottovalutat it-taħwid u r-rabja li qed jesprimu għadd kbir ta’ nies ta’ rieda tajba b’reazzjoni kemm għat-tkeċċija tas-Sur Mario Mallia kif ukoll għall-mod kif ittieħdet deċiżjoni bħal din… Kompli aqra »

Noħolmu bħala umanità waħda

Jiġi ti tmiemu vjaġġ ta’ tmien ġimgħat iffukat fuq l-Enċiklika Fratelli Tutti. Organizzati fil-parroċċa ta’ Wied il-Għajn, dawn it-tmien laqgħat kellhom bħala skop mhux biss dak li jispjegaw il-ħsieb tal-Papa Franġisku, imma wkoll li flimkien, fuq livell individwali kif ukoll bħala komunità, insaqsu lilna nfusna kif nistgħu nibnu soċjetà iktar fraterna msejsa fuq il-ġustizzja, il-verità u l-ħniena.

Wara input inizzjali mill-kelliema, f’kull laqgħa ingħata spazju għall-mistoqsijiet u reazzjonijiet mill-parteċipanti… Kompli aqra »

Il-paċi hi frott tal-ġustizzja

On 24 February 2022 the Russian government launched a brutal and undeclared invasion of Ukraine. Like many civil society actors, Justice and Peace Europe immediately condemned the Russian aggression. Today, as secretaries general of Justice and Peace Commissions in Europe we reaffirm on the foundation of our Christian values and convictions that whilst diplomacy remains essential, some principles are non-negotiable, in particular respect for the dignity of every human being, the universality and indivisibility of human rights and the imperative of non-aggression, which is the basis for peaceful coexistence… Kompli aqra »

Nesploraw l-Enċiklika Fratelli Tutti

L-Enċiklika ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni qawwija ta’ fidi fi żmien ta’ dubju, sejħa għat-tama fi żmien ta’ biża’, u sfida għall-imħabba. Fiha taħlita ta’ temi Franġiskani u dixxerniment Injazjan, magħġunin mat-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Fuq tmien ġimgħat, it-temi ta’ din l-Enċiklika ħa jiġu diskussi flimkien mal-komunità parrokjali ta’ Wied il-Għajn. L-ewwel laqgħa, li kienet iffukata fuq il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, saret fil-21 ta’ April ġewwa Villa Apap Bologna u għaliha attendew madwar 25 persuna… Kompli aqra »