Aħbarijiet

Genius Vitae – Universitas Experientiae

Fr. Joseph Hili

Fid-9 ta’ Diċembru ser inniedu Genius Vitae. Dan huwa proġett ta’ riċerka interdixxiplinari, li l-għan tiegħu, hu li jidentifika, jirrakkonta u jaqsam ma’ oħrajn, stejjer ta’ organizzazzjonijiet mid-dinja kollha. Bħala parti mill-istudji tiegħi f’Milan, ltqajt maċ-Ċentru għall-Antropoloġija tar-Reliġjon u l-Bidla Kulturali fi ħdan l-Università Cattolica del Sacro Cuore.

Aħna u niffaċċjaw bidla kostanti fil-mod kif qegħdin ngħixu, ġiegħlna nistaqsu kif il-ħajja tal-bniedem tista’ sservi bħala xi ħaġa li tgħallimna… Kompli aqra »

L-Ekonomija ta’ Franġisku

Economy of Francesco, a prolific time for generative processes

The ‘Economy of Francesco’, virtually held in Assisi from 19th to 21st November 2020 left an important legacy of hope with thousands of young economists, entrepreneurs and change-makers from 115 countries committed to stop “that economy that kills” and to generate a new cultural, economic, social and political system. Those three days were rich in points of reflections, coming from different seminars and workshops… Kompli aqra »

Karba għall-paċi u l-ġustizzja fl-Etjopja

Ir-reġjun ta’ Tigray fl-Etjopja bħalissa qed jesperjenza eskalazzjoni serja ta’ vjolenza, li twassal għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali. Diversi mijiet ta’ pajżana nqatlu u ‘l fuq minn 40,000 Etjopjan ġew sfurzati jaħarbu lejn il-pajjiż ġar tas-Sudan biex isalvaw ħajjithom. In-Nazzjonijiet Uniti qajmet allarm dwar nuqqas ta’ ikel fir-reġjun, billi issa huwa stmat li aktar minn miljun persuna kellhom jiċċaqalqu minn arthom, inkluż aktar minn 100,000 refuġjat mill-Eritrea… Kompli aqra »

Il-Knisja tniedi “Beyond GDP” flimkien ma’ EY, Seed Consultancy u APS Bank

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi kemm‑il darba saħqet dwar bidla fil‑mudell ekonomiku attwali u l‑ħtieġa li t‑tkabbir ekonomiku ma jitkejjilx biss fuq il‑Prodott Domestiku Gross. Dan għaliex il‑mudell ekonomiku preżenti mhux kapaċi jiggarantixxi rispett sħiħ lejn l‑ambjent u l‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini.

Ispirata mil‑laqgħa internazzjonali “L‑Ekonomija ta’ Franġisku” li qed issir bħalissa f’Assisi, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tniedi l‑inizjattiva Beyond GDP b’ħidma mal‑fergħat Maltin tal‑Moviment tal‑Fokolari u l‑Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, flimkien mal‑kumpaniji EY u Seed Consultancy bl‑appoġġ ta’ APS Bank… Kompli aqra »

“Dawk li ma jgħixux biex jaqdu, ftit għandhom skop f’din il-ħajja”

Ilbieraħ, il-Knisja Kattolika ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Foqra. It-tema magħżula għal din is-sena kienet “Midd idek għall-foqra” (Sir 7: 32) – stedina biex ninfetħu għan-nies fil-bżonn, speċjalment f’dawn iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija.

Min huma l-foqra li għalihom għandna bżonn niftħu idejna?

Skont stħarriġ lokali, 20% tal-popolazzjoni Maltija qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji. Dan mhux numru żgħir u għalhekk mhux diffiċli li tiltaqa’ ma’ xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli u li jkun jeħtieġ l-għajnuna tagħna… Kompli aqra »

Workshop Internazzjonali ta’ Justice and Peace Europe 2020

Il-Konferenza tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi Ewropej (Justice & Peace Europe) organizzat il-Workshop Internazzjonali u l-Assemblea Ġenerali annwali tagħha bejn l-10 u t-12 ta’ Ottubru b’mod online. Ħamsin parteċipant minn aktar minn għoxrin pajjiż u minn kummissjonijiet differenti kienu involuti. Il-Kummissjoni Maltija kienet irrappreżentata minn Daniel Darmanin li huwa wkoll membru fil-kumitat eżekuttiv ta’ JP Europe. Fr. Carlo Calleja ħa sehem ukoll fil-workshop internazzjonali. It-tema tal-Workshop Internazzjonali ta’ din is-sena kienet ir-Reliġjon u s-Soċjetà fi żminijiet ta’ Covid-19… Kompli aqra »

Napprezzaw l-anzjani tagħna

Minkejja s-sentiment komuni li jqis ix-xjuħija bħala barka, l-imwiet riċenti relatati mal-pandemija tal-Covid-19 qajmet fervur sħiħ dwar l-anzjani tagħna u l-irwol tagħhom fis-soċjetà tal-lum. Sfortunatament, aħna u nisimgħu dwar din il-pandemija qerrieda, li kulma jmur qed taħsad aktar ħajjiet ta’ anzjani, qed naraw bosta kummenti fuq il-midja soċjali li juru nuqqas kbir ta’ empatija u li bħal donnu jitfgħu l-ħtija fuq iċ-ċiklu naturali tal-ħajja. Jista’ jkun li l-għeruq ta’ din il-problema jinsabu fis-soċjetà kapitalista tal-lum, orjentata lejn il-profitt, li tħares lejn l-anzjani bħala xkiel fil-mixja lejn it-tkabbir tal-ekonomija? … Kompli aqra »

Tiġdid tal-Kummissjoni

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħareġ digriet biex iġedded il-mandat tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. 

Il-Perit Daniel Darmanin reġa’ ġie maħtur bħala president tal-kummissjoni biex b’hekk se jkompli jaqdi dan l-irwol li kien qiegħed jokkupa tul dawn l-aħħar tliet snin. Il-membri – Walance Buttigieg Scicluna, Katrine Camilleri, u John Paul Cauchi reġgħu ġew appuntati bħala membri tal-kummissjoni, waqt li magħhom se jingħaqdu tliet membri ġodda… Kompli aqra »

Peace and Justice for Belarus

Statement of the Executive Committee of Justice & Peace Europe on the current situation in Belarus.

Following the Presidential election in Belarus held on 9 August 2020, thousands of protesters took to the streets to reject the election results as manipulated, leading to violent clashes with the country’s security forces. According to reports, the disproportionate violence deployed by Belarusian authorities has cost at least two lives and caused hundreds of injuries… Kompli aqra »

Il-Messaġġ Profetiku tal-Laudato Si’

Smajnieha tintqal kemm-il darba li l-enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’, fuq il-ħarsien tad-dar komuni tagħna, iwassal messaġġ profetiku. Dan ifisser li jwassal messaġġ li jqanqal diskussjoni, jisfida mod ta’ ħsieb u jwassal lil individwu u lis-soċjetà in ġenerali biex jagħrblu l-kuxjenza tagħhom.

Waħda mill-punti kontroversjali li qajmet l-enċiklika hi fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni, li l-Papa jindirizza f’paragrafu 50. Il-Papa l-ewwel jikkritika t-tendenza fis-soċjetà li meta affaċċjati bis-sitwazzjoni ta’ faqar, minflok ma din tkun indirizzata billi “jaħsbu f’dinja differenti,” l-unika proposta li tkun offruta hi ta’ tnaqqis fir-rata tat-twelid… Kompli aqra »