Aħbarijiet

‘Dying To Live – Stories From Refugees On The Road To Freedom’

“Ħadd ma jrid jitlaq mid-dar, imma l-ħajja ġġiegħlek.” Dawn kienu kliem wieħed mir-refuġjati li l-esperjenza tiegħu tinsab fil-ktieb ‘Dying to Live’ ta’ Danielle Vella, ġurnalista u direttur tal-International Reconciliation Program for the Jesuit Refugee Service (JRS). Il-ktieb tnieda waqt avveniment ospitat mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kurja l-Furjana, li matulu ġew intervistati l-awtur stess kif ukoll Daniel Jude Okoeguale, persuna li qed ifittex l-ażil u li huwa residenti f’Malta… Kompli aqra »

Il-gwerra fl-Iżrael – storja ta’ inġustizzja u terrur

“Jien jisimni Dina u kburija li esperjenzajt dawn it-tbatijiet, kburija li jien Palestinjana”

Id-dinja kollha qiegħda fuq ix-xwiek minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra u l-ġlied li dejjem qiegħed jeskala bejn l-Iżrael u l-Hamas, il-grupp militanti li jmexxi l-istrixxa ta’ Gaża. Din il-gwerra, li ilha għaddejja għal tmint ijiem sħaħ, diġà qatlet 212 persuna, fosthom 58 tifel u tifla innoċenti.

It-tensjoni bejn l-Iżrael u Gaża ilha teskala għal xhur sħaħ… Kompli aqra »

Talba lill-awtoritajiet sabiex iwaqqgħu l-akkużi ta’ terroriżmu kontra ż-żgħażagħ tal-El Hiblu

Il-Kummissjoni tal-Immigranti, JRS Malta u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, iħeġġu lill-awtoritajiet biex iwaqqgħu l-akkużi legali miġjuba kontra tliet żgħażagħ, akkużi li huma relatati mat-terroriżmu.

It-tliet żgħażagħ, li meta ġew salvati mill-vapur tal-merkanzija El Hiblu 1 fis-26 ta’ Marzu 2019 kellhom 15, 16 u 19-il sena, kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ aktar minn 100 raġel, mara u tfal li talbu għall-għajnuna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ, li kienet ikkoordinata minn operazzjoni navali tal-UE, ordnat lill-vapur biex jieħu l-persuni li ġew salvati lura lejn il-Libja… Kompli aqra »

Il-paċi hija possibbli. Il-paċi hija l-uniku mod.

L-elezzjonijiet paċifiċi li saru f’Mjanmar, f’Novembru tal-2020, ġew rikonoxxuti minn bosta bħala ħielsa u ġusti u taw lill-gvern il-ġdid mandat u obbligu biex isegwi l-għanijiet ekonomiċi u soċjali inklużivi li għalihom ġie elett.

Madankollu, bħal-lum xahar ilu, fl-1 ta’ Frar, l-armata tal-Mjanmar ħadet il-kontroll f’idejha, u dan wara li ħatfet il-mexxejja li ġew eletti b’mod demokratiku u ma ħallithomx jipparteċipaw fil-partit governattiv tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD)… Kompli aqra »

Responsabilta’ għal katina tal-provista kollha

Brussell, 10 ta’ Frar 2021

Il-Familja Internazzjonali tal-Organizzazzjonijiet Kattoliċi tal-Ġustizzja Soċjali (CIDSE), Pax Christi International u Justice & Peace Europe, bl-appoġġ tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE), jilqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex tipprepara leġiżlazzjoni ġdida tal-UE dwar il-katini tal-provista (supply chains).

Il-leġiżlazzjoni li qed tiġi proposta torbot legalment lill-kumpanniji biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem li huma rikonoxxuti internazzjonalment, u l-ambjent, waqt l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti… Kompli aqra »

‘Dinja mingħajr fraternità, hija dinja ta’ għedewwa’

Fil-Jum Internazzjonali tal-Fraternità Umana (4 ta’ Frar), il-Papa Franġisku ngħaqad mal-Imam ta’ Al Azhar – Ahmad Al-Tayyeb permezz ta’ avveniment li sar b’mod virtwali u li ġie ospitat f’Abu Dhabi. Dan l-avveniment jimmarka l-qofol ta’ sforz konġunt mill-Papa u l-Imam biex irawwem il-fraternità, is-solidarjetà, ir-rispett u l-fehim reċiproku bejn nies ta’ twemmin differenti.

Skont il-Kardinal Miguel Ángel Ayuso Guixot MCCJ, president tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Interreliġjuż, “Din iċ-ċelebrazzjoni twieġeb għal sejħa ċara li l-Papa Franġisku ilu jagħmel lill-umanità kollha biex jibnu ambjent ta’ paċi fl-inkontru tagħhom ma’ nies oħra.”

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lis-Santa Sede biex hi ukoll, taħt it-tmexxija tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Interreliġjuż, tipparteċipa f’dawn iċ-ċelebrazzjoniet tal-Jum Internazzjonali tal-Fraternità Umana… Kompli aqra »

Biex il-paċi ssaltan fuq din l-art

Fl-ewwel ta’ Jannar, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-Jum Dinji tal-Paċi. Interessanti kif, fil-messaġġ tal-Papa Franġisku għal din il-ġurnata, il-Papa għoġbu jorbot il-kunċett ta’ paċi ma’ virtù li hu meħtieġ biex naslu għal din id-dinja ideali – li wieħed jiftaħ għajnejh u jisma l-karba ta’ dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-fraternità u s-solidarjetà li jeħtieġ li nuru mal-membri kollha fi ħdan is-soċjetà jikkuntrastaw bil-qawwi tendenzi razzisti u n-nazzjonaliżmu estrem li bħal donnhom qed iħallu impatt dejjem akbar fuq is-soċjetà… Kompli aqra »

Il-drittijiet tal-bniedem – ċavetta għal irkupru ġust mill-pandemija

Sa tmiem din is-sena, kważi 70 miljun persuna se jkunu ġew infettati mill-Covid-19 mad-dinja kollha u aktar minn 1.5 miljun se jkunu mietu kawża tal-virus. Fl-Ewropa stess, 14-il miljun persuna ġew infettati u 350,000 persuna mietu bil-virus. Is-sistemi tas-saħħa tagħna waslu f’xifer ta’ kollass, l-ekonomija globali tinsab f’nofs riċessjoni severa, il-faqar u l-qgħad qed jerġgħu jiżdiedu, il-ħajja kulturali hija limitata ħafna u s-servizzi reliġjużi huma ristretti f’ħafna pajjiżi, xi kultant bla bżonn… Kompli aqra »

Genius Vitae – Universitas Experientiae

Fr. Joseph Hili

Fid-9 ta’ Diċembru ser inniedu Genius Vitae. Dan huwa proġett ta’ riċerka interdixxiplinari, li l-għan tiegħu, hu li jidentifika, jirrakkonta u jaqsam ma’ oħrajn, stejjer ta’ organizzazzjonijiet mid-dinja kollha. Bħala parti mill-istudji tiegħi f’Milan, ltqajt maċ-Ċentru għall-Antropoloġija tar-Reliġjon u l-Bidla Kulturali fi ħdan l-Università Cattolica del Sacro Cuore.

Aħna u niffaċċjaw bidla kostanti fil-mod kif qegħdin ngħixu, ġiegħlna nistaqsu kif il-ħajja tal-bniedem tista’ sservi bħala xi ħaġa li tgħallimna… Kompli aqra »

L-Ekonomija ta’ Franġisku

Economy of Francesco, a prolific time for generative processes

The ‘Economy of Francesco’, virtually held in Assisi from 19th to 21st November 2020 left an important legacy of hope with thousands of young economists, entrepreneurs and change-makers from 115 countries committed to stop “that economy that kills” and to generate a new cultural, economic, social and political system. Those three days were rich in points of reflections, coming from different seminars and workshops… Kompli aqra »