Author: Daniel Darmanin

Workshop Internazzjonali ta’ Justice and Peace Europe 2020

Il-Konferenza tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi Ewropej (Justice & Peace Europe) organizzat il-Workshop Internazzjonali u l-Assemblea Ġenerali annwali tagħha bejn l-10 u t-12 ta’ Ottubru b’mod online. Ħamsin parteċipant minn aktar minn għoxrin pajjiż u minn kummissjonijiet differenti kienu involuti. Il-Kummissjoni Maltija kienet irrappreżentata minn Daniel Darmanin li huwa wkoll membru fil-kumitat eżekuttiv ta’ JP Europe. Fr. Carlo Calleja ħa sehem ukoll fil-workshop internazzjonali. It-tema tal-Workshop Internazzjonali ta’ din is-sena kienet ir-Reliġjon u s-Soċjetà fi żminijiet ta’ Covid-19… Kompli aqra »

Peace and Justice for Belarus

Statement of the Executive Committee of Justice & Peace Europe on the current situation in Belarus.

Following the Presidential election in Belarus held on 9 August 2020, thousands of protesters took to the streets to reject the election results as manipulated, leading to violent clashes with the country’s security forces. According to reports, the disproportionate violence deployed by Belarusian authorities has cost at least two lives and caused hundreds of injuries… Kompli aqra »

Agħtuhom intom x’jieklu

Fir-riflessjoni tiegħu dwar il-qari tal-evanġelju tal-Ħadd li għadda, il-Papa Franġisku waqaf fuq il-mument meta fi nżul ix-xemx, id-dixxipli, stiednu lil Ġesù biex jibgħat lill-folla ‘l hemm sabiex ikunu jistgħu jmorru jsibu xi ħaġa x’jieklu. Imma Huwa weġibhom: “Agħtuhom intom x’jieklu”. Id-dixxipli ovvjament ma setgħux jimmaġinaw kif setgħu jitimgħu dik il-folla enormi.

Billi jiffoka inqas fuq il-miraklu, u aktar fuq l-attitudni li Ġesù jirrikjedi mid-dixxipli tiegħu, il-Papa jispjega li dan kien il-mod ta ’Ġesù kif jeduka lilhom u lilna fil-loġika ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-Messaġġ Profetiku tal-Laudato Si’

Smajnieha tintqal kemm-il darba li l-enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’, fuq il-ħarsien tad-dar komuni tagħna, iwassal messaġġ profetiku. Dan ifisser li jwassal messaġġ li jqanqal diskussjoni, jisfida mod ta’ ħsieb u jwassal lil individwu u lis-soċjetà in ġenerali biex jagħrblu l-kuxjenza tagħhom.

Waħda mill-punti kontroversjali li qajmet l-enċiklika hi fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni, li l-Papa jindirizza f’paragrafu 50. Il-Papa l-ewwel jikkritika t-tendenza fis-soċjetà li meta affaċċjati bis-sitwazzjoni ta’ faqar, minflok ma din tkun indirizzata billi “jaħsbu f’dinja differenti,” l-unika proposta li tkun offruta hi ta’ tnaqqis fir-rata tat-twelid… Kompli aqra »

Fidi li twassal għal azzjoni

F’dan il-weekend niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù, u din is-sena nagħmlu dan b’ferħ akbar għax wara żmien twil nistgħu nerġgħu niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien. Iżda l-Ewkaristija mhijiex biss li tmur il-quddies u titqarben, it-tqarbina trid tissarraf f’impenn lejn l-oħrajn. Biex fi kliem Kristu, nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx, u aktar. Kif iħobb iffakkarna tajjeb il-Papa Franġisku dan huwa l-bażi li fuqha se jseħħ il-ġuddizzju (ara Mt 25:31-46)… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ Xandru

“Kollox hu dwar ir-rabta tal-Evanġelju mal-ħajja” ippriedka Rutilio Grande SJ f’waħda mill-aħħar omeliji tiegħu, ftit xhur qabel ma ġie maqtul. “Il-fidi saret reali fl-azzjoni biss – il-fidi qatt ma kienet idea biss … l-Evanġelju huwa marbut mill-qrib ma’ ħajtek.” Dawn il-kliem ta’ raġel fit-triq għal-kannoniżazzjoni huma għalija, sejħa għall-azzjoni li tapplika l-ħin kollu. Inħoss li aħna msejħin biex ikollna “fidi li [hija] politika b’mod intensiv … ikkonċernata u involuta ħafna fit-tiswir tal-pajsaġġ soċjali, politiku u ekonomiku” (Prof Thomas Kelly)… Kompli aqra »

L-esperjenza ta’ Lara

Sa mill-ewwel ġurnata tas-Sixth Form il-motto “Irġiel u nisa għal oħrajn” kien kontinwament imtenni u enfasizzat waqt diversi lezzjonijiet u diskorsi. Hija kwotazzjoni meħuda minn Pedro Arrupe SJ, li turi l-importanza tal-għarfien soċjali. L- “oħrajn” li jsemmi jinvolvi kull bniedem, speċjalment dawk li ġew meqjusa bħala “l-oħrajn” mis-soċjetà, bħall-migranti. 

Bħalissa, huwa relattivament aktar faċli li tkun individwalistiku, li timmira lejn l-interess tiegħi aktar mill-interess tas-soċjetà kollha kemm hi… Kompli aqra »

Il-Ġid Komuni tal-Ibħra

Fil‑Jum Dinji għall‑Oċeani, illum 8 ta’ Ġunju 2020, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi (KĠP), bdiet ħidma biex tqajjem kuxjenza dwar l‑ibħra u xtajtiet Maltin, ħidma ispirata mill‑pjan ta’ azzjoni fuq livell Ewropew li nediet Justice and Peace Europe dwar il‑ġid komuni tal‑ibħra tagħna.

Il‑KĠP li kkontribwiet fit‑tfassil ta’ dan id‑dokument ta’ pjan ta’ azzjoni, eżaminat il‑proposti li fih, filwaqt li analizzat dawk l‑oqsma relevanti għal Malta… Kompli aqra »

Negħlbu l-Kultura tar-Razziżmu Bis-Sehem ta’ Kull Wieħed u Waħda Minna

Ħadd ma jista’ jiftakar f’dak li ġara nhar il-25 ta’ Mejju li għadda u jibqa’ biered. George Floyd, raġel Afrikan-Amerikan inqatel waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija fl-istat ta’ Minneapolis, l-Istati Uniti.

Il-kaz ta’ Floyd m’huwiex wieħed iżolat. Huwa jitniżżel fil-lista ta’ diversi persuni oħra li nqatlu sempliċiment għax il-ġilda tagħhom hi sewda.

Inkunu qed nitqarrqu jekk naħsbu li dan hu biss fenomenu li jolqot biss l-Amerika… Kompli aqra »

30 Sena mil-Laqgħa tal-Papa Ġwanni Pawlu II mal-Ħaddiema Maltin.

Tletin sena għaddew minn meta l-Gżejjer Maltin kienu mberkin bil-mawra pastorali tal-Qaddis Ġwanni Pawlu II, żjara li għadna niftakkru b’għożża kbira sal-ġurnata tal-lum.  Matul din iż-żjara il-Papa kellu diversi laqgħat fejn matulhom ta numru ta’ diskorsi.  Fosthom nsibu l-laqgħa li kellu mal-ħaddiema fil-Kottonera.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II tkellem fuq dak li hu rrefera għalih bħala “L-Evanġelu tax-xogħol”, fejn ix-xogħol onest, magħmul kif għandu jkun, għandu dinjità fih innifsu u jagħti dinjità lil dawk li jagħmluh.   … Kompli aqra »