L-għażla preferenzjali tal-fqar: Għażla li mhux fakultattiva
Waħda mit-temi ewlenin fit-tagħlim soċjali Kattoliku fl-aħħar snin kienet l-għażla preferenzjali għall-foqra. Il-frażi ntużat għall-ewwel darba fl-aħħar tas-snin sittin mis-superjur ġenerali tal-Ġiżwiti ta’ dak iż-żmien, Patri Pedro Arrupe, f’ittra lill-ordni tiegħu. Il-frażi intużat ftit wara mill-Isqfijiet Kattoliċi tal-Amerika Latina, li enfasizzaw fuq l-użu tal-kelma “għażla” bħala kelma ta’ azzjoni u mhux sempliċiment bħala nom. Illum il-ġurnata, din il-frażi titqies bħala waħda mill-prinċipji ewlenin li jiggwidaw r-riflessjoni u l-azzjoni tal-Insara fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »