Il-logħba mhux daqstant sabiħa
Minn mindu l-FIFA għażlet lill-Qatar biex jospita t-Tazza tad-Dinja tal-2022, dan ir-Renju tal-Golf spiċċa taħt skrutinju kritiku kostanti. Dik li kellha tkun ċelebrazzjoni ta’ talent, diversità u kompetizzjoni sportiva, qed tittrasforma ruħha f’kampjonat mittiefes minn stejjer ta’ sfruttament, transazzjonijiet mhux ċari, u preġudizzju. F’dan il-każ, l-eżerċizzju ta’ “sportswashing”, li bih l-isponsors korporattivi u n-nazzjonijiet ospitanti jfittxu li jtejbu r-reputazzjoni tagħhom billi jisfruttaw l-emozzjonijiet qawwija evokati mill-avvenimenti sportivi, ma jidhirx li sejjer kif mistenni… Kompli aqra »